Feeds:
Posts
Comments

Archive for January, 2017


Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Frar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Il-Kunsill Skolastiku

Għeżież Ġenituri

Peress li kien hemm tliet nominazzjonijiet għall-kunsill skolastiku mhux ser ikun hemm elezzjoni fl-iskola Primarja Siġġiewi. Il-kunsill hu magħmul minn tliet għalliema, Catherine Bezzina, Melanie Bonello u Claudine Chircop; u minn tliet ġenituri, Diana Borg, Justine Grima u Simon Scicluna.  Il-President hi Dr. Ruth Falzon, filwaqt li teżorier/segretarja hi N. Saliba. Il-ħidma tal-kunsill tkun dejjem fl-interess tal-istudenti u l-iskola kollha.

Grazzi

N Saliba

Read Full Post »

SPORTS DAY

Nhar l-Erbgħa, 18 ta’ Jannar 2017 saret Sports Day għat-tfal tal-Primarja mill-Year 1 sal-Year 6 fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.   It-tfal kellhom l-opportunita’ li jipparteċipaw f’diversi logħob differenti, kif ukoll kellhom sessjoni tad-danza.   It-tfal kollha ngħataw midalja tal-parteċipazzjoni tagħhom.   Is-sehem tal-għalliema kif ukoll tal-ġenituri ma naqasx f’din l-attivita’.   Infatti l-ġenituri u l-għalliema kellhom żewġ logħbiet iddedikati għalihom – relay u tug of war.

L-entużjażmu tat-tfal u ta’ dawk kollha preżenti kien evidenti ħafna.   Kienet atmosfera ta’ ferħ speċjalment meta l-ġenituri lagħbu u kkompetew mal-għalliema.   Grazzi speċjali lill-għalliema tal-PE, Mr Alan Ellul u Mr Steve Schembri, tal-għajnuna kbira tagħhom biex din l-attivita’ setgħet tkun ta’ suċċess.

N Saliba

Kap tal-Iskola

This slideshow requires JavaScript.

 

Read Full Post »

Il-Ħamis 19 ta’ Jannar kellna attivita’ speċjali fl-iskola primarja Siġġiewi.  Din l-attivita’ imtella’ mill-Aġenzija tal-Litteriżmu kienet tinvolvi f’sessjonijiet ta’ qari minn żewġ personalitajiet maltin, Kurt Calleja u Lara Dimech.  Wara t-tfal kellhom l-opportunita’ li jistaqsu xi mistoqsijiet dwar il-qari lil dawn il-personalitajiet popolari f’pajjiżna.  L-attivita’ intemmet b’ Kurt Calleja jkanta This is the night fost il-ħafna entużjażmu tat-tfal kollha preżenti.  L-għan ta’ din l-attivita’ kien li nrawmru sens ta’ interess u mħabba lejn il-qari.

N. Saliba

Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Għeżież ġenituri

Ser issir laqgħa għall-ġenituri kollha dwar id-dixxiplina pożittiva u kif din twassal għall-imġiba tajba. Il-koperazzjoni bejn l-iskola, il-ġenituri u l-istudenti hija essenzjali biex dan il-għan jintlaħaq. Għalhekk ser issir laqgħa t-Tnejn 6 ta’ Frar fid-9.00am fis-sala tal-iskola. Il-kelliema ser ikunu Ms Alison Farrugia, Prefect of Discipline u Ms Deborah Sciberras, Anti-Bullying Guidance Teacher. Inħeġġukom tattendu għal din il-laqgħa importanti.

Grazzi

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Bħalma tafu f’ Novembru l-iskola Primarja Siġġiewi kellha evalwazzjoni esterna mill-Uffiċċjali Edukattivi bil-għan biex jaraw kif sejra l-iskola u kif jista’ jkun hemm titjib kemm fit-tmexxija, fit-tagħlim u fl-ambjent tal-iskola.  Bi pjaċir nistgħu ngħidu li r-rapport kien ferm pożittiv u jagħti kuraġġ lil kull min b’xi mod jew ieħor qed jagħti kontribut fl-edukazzjoni tat-tfal f’din l-iskola.
Ir-rapport komplut tistgħu taqrawh billi tagħfsu hawn.
Grazzi
N. Saliba
Kap tal-iskola

Read Full Post »

Meta r-raġel abjad rifes fil-kontinent Afrikan u beda dieħel ‘il ġewwa, bogħod mill-baħar qalb il-ġungla u l-boskijiet tal-kontinent, iltaqa’ ma’ bosta tribujiet li kollha kellhom id-drawwiet tagħhom.

U fost dawn id-drawwiet tissemma dik imsejħa tal-fjura tar-rebbiegħa.  L-ewwel fjura tal-istaġun.  Min kien jilmaħ din il-fjura kien ikollu sena sħiħa ta’ ikel għall-familja tiegħu.

U sena minnhom kien daqsxejn ta’ tfajjel li lemaħ din il-fjura mxabbta ma’ l-eħrex dagħbien.  Raha imma ma setax iġġibha għax kienet f’nofs is-sies.  Ried jiddendel għaliha minn fuq.  Imma twerwer meta sħabu qalulu li lesti jniżżluh bil-ħabel u meta jaqtagħha jmur u jippreżentaha lill-kap tat-tribu’.  Iżda ħarsa lejn dak id-dagħbien fond u sewdieni… mimli għollieq u ġebel ippuntat, qatgħulu qalbu.  Dlonk wasal missieru li meta sar jaf bis-sejba ma xtaqx jitlef dak il-premju… ta’ sena ikel għall-familja kollha.  Anqas ried jitlef lil ibnu li nzerta l-kbir u li kien iħobbu ħafna.  Imma xorta qallu: “Ibni sena ikel għall-familja tagħna tfisser ħafna.  Inżel għall-fjura u inżommlok il-ħabel jien.  F’idejja tkun fis-sod!” U t-tifel bla ma ħasibha xejn resaq lejn tarf is-sies, intrabat kif kien tgħallem jagħmel minn eta’ żgħira u ħalla lil missieru jniżżlu biex jaqta’ l-fjura. U meta qattagħha tela’ ferħan biex imur jipreżentaha lill-kap tat-tribu’.  U sħabu staqsewh: “Għaliex meta ridna nniżżluk aħna bżajt u meta qallek missierek inżilt bla ebda biża’?” “Għax kont ċert li missieri ma kienx ser iħallini naqa’.”

Mhux jaħasra li jien u int ikollna l-istess fiduċja f’min tassew iħobbna u hu għażiż għalina.  Kemm ikun awgurju sabiħ għas-sena l-ġdida!

Tislijiet,

Għalliema tal-PSCD

Read Full Post »

Click here to access programme.

Read Full Post »

it-tifel-fejn-mar

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar l-Erbgħa 25 ta’ Jannar it-tfal tal-kinder jispiċċaw skola f’12.00.

Grazzi

N Saliba

Read Full Post »

Older Posts »