Feeds:
Posts
Comments

Archive for February, 2015

Nhar il-Ħamis, 26 ta’ Frar 2015, saret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Istudenti għal din is-sena. Ġie diskuss l-importanza tax-xogħol tagħhom, ġew diskussi r-regoli ta’ mġieba kif ukoll ġew deċiżi r-rwoli fil-kunsill fosthom dawk tal-president, viċi president, segretarju, teżorier u PRO. Dawn il-membri ser jibqgħu fil-karigi tagħhom sal-aħħar tas-sena skolastika.

Il-karigi ġew imqassma b’dan il-mod:

John Sant Portanier – President

Yasmine Vella – Segretarja

Ramon Psaila – Viċi President

Michaela Cutajar– Viċi Segretarja

Kelsey Bugeja – PRO

Matthias Cordina – Kaxxier

Kyle Caruana u Nirvana Micallef – Noticeboard

Kyle Borg – Kaxxa tas-Suġġerimenti

Francesco Giorgino – Osservatur

Bertie Briffa – Osservatur

Ms Chircop – Link teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Għal Jum il-Mara ser norganizzaw buffet breakfast ġewwa l-“Qawra Palace Hotel”.

Data:           It-Tlieta 10 ta’ Marzu 2015

Ħin:             8.45am (minn ħdejn is-segretarja)

Post:           Qawra Palace Hotel

Prezz:          €13

Biljetti jinbiegħu sa nhar it-Tlieta 3 ta’ Marzu 2015 mingħand il-ġenituri tal-Kunsill Skolastiku jew mingħand is-segretarja. Ħlas mal-booking.

Grazzi

Ġenituri Kunsill Skolastiku

Read Full Post »

Poster - San Injazju

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Marzu. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Nhar l-Erbgħa 18 ta’ Frar, tqassmu ċ-ċertifikati ta’ parteċipazzjoni lill-membri tal-Kunsill tal-Istudenti għax-xogħol siewi li għamlu bejn Jannar u Diċembru 2014.

Il-membri l-ġodda wegħdu quddiem kulħadd li bħala rappreżentanti tal-kunsill tal-istudenti ser jagħmlu mill-aħjar li jistgħu għall-ġid ta sħabhom u tal-iskola matul is-sena 2015.

Nixtieq nieħu din l-opportunita’ sabiex f’isem it-tfal kollha nirringrazzja lill-membri tal-kunsill li kellna matul is-sena 2014 tax-xogħol siewi li wettqu.

Grazzi

Ms C Chircop

Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Quote of the week

fun fact 14 quote of the week 14

Read Full Post »

Naqraw ftit…

Darba waħda viċin il-belt ta’ Tokjo kien hemm jgħix Samuraj famuż illum imdaħħal sew fiż-żmien.  Dan xtaq jagħti tagħlima lill-istudenti żgħażagħ tar-raħal fejn kien jgħix. Tagħlima li żgur isservihom għal ħajjithom kollha.

Għodwa waħda wasal f’dan ir-raħal fejn kien jgħix dan is-Samuraj anzjan, ġellied magħruf sew madwar id-dinja kollha li qatt ma tilef kull ġlieda li kellu.  L-iktar ħaġa li dan il-ġellied kien magħruf għaliha kien propju in-nuqqas ta’ rispett li kellu lejn kollox u kulħadd.  Kif ngħidu, ma kellu l-ebda skuplu quddiem xejn!  Ir-raġuni għala mar fir-raħal fejn jgħix is-Samuraj kienet propju biex jiġġieled miegħu, jirbaħ bħas-soltu u b’hekk ikabbar ir-reputazzjoni u l-fama tiegħu.

L-istudenti żgħażagħ xejn ma qablu mal-għalliem anzjan tagħhom meta dan laqa’ l-isfida li ppreżentalu l-ġellied mal-wasla fir-raħal.

Il-jum tal-isfida wasal u kulħadd inġabar fil-pjazza tar-raħal.  Il-ġellied żagħżugħ minnufih beda jinsulta lis-Samuraj anzjan. Saħansitra beda jitfgħalu l-ġebel, jobżoqlu f’wiċċu, jgħajjat kull tip ta’ tagħjira li bdiet tiġih f’moħħu. Sa anke ma staħax jgħajjarlu l-antenatI u l-familjari tiegħu!

Dam sigħat sħaħ jagħmel minn kollox biex jipprovokah, imma s-Samuraj anzjan baqa’ passiv il-ħin kollu.  Baqa’ passiv sa wara nofsinhar, tant li l-ġellied għajja jara li l-anzjan ma wera l-ebda reazzjoni! Il-ġellied ardit, umiljat, fl-aħħar qata’ qalbu u telaq.

L-istudenti tal-għalliem anzjan ddiżappuntati ghal dawk l-insulti kollha li qala’ mingħajr ma ghamel xejn staqsewh, “Kif qadt għalihom dawk l-insulti u t-tagħjir kollu?  Kif issaportejt din l-attitudni hekk kerha lejk?  Ma nistgħux nifmhu kif ma għamiltx użu mix-xabla tiegħek minkejja li kont taf li kien hemm ċans kbir li titlef?  Urejt il-biża’ tiegħek quddiemna kollha!”

Is-Samuraj anzjan wieġeb billi staqsiehom, “Jekk ma taċċettawx rigal li xi ħadd jagħtikhom, ta’ min ikun ir-rigal?”

L-istudenti dlonk wieġbuh, “Ħeqq ir-rigal jibqa’ għand dak li jkun ġabu.”

“L-istess jiġri għall-għira, rabja u l-insulti,” wieġeb l-għalliem anzjan.  “Kull darba li dawn ma naċċettawhomx jibqgħu għand min ikun ġabhom!”

Naħsbu ftit…

Spiss f’ħajjitna niltaqgħu ma’ dawn it-tip ta’ nies li kull ma jkollhom x’joffru huma affarijiet negattivi. Pero f’idejna inħalluhomx jaffetwawna, daqskemm kemm hu wkoll f’idejna li ma nkunux aħna stess li noffruhom!  Kull ma ngħidu u nagħmlu jħalli impatt u għandu konsegwenza.

Nidħku ftit…

Konversazzjoni bejn il-bniedem u Alla:

                   Il-bniedem, “ Mulej, kemm huma twal miljun sena?”

          Alla, “Għalija, bejn wieħed u ieħor daqs minuta.”

                   Il-bniedem, “ U kemm jiswew miljun Ewro?”

          Alla, “Ghalija mhux iktar minn ċenteżmu.”

                   Il-bniedem, “Mulej, mela tista’ tagħtini ċenteżmu, jekk jogħġbok?”

          Alla, “Kemm tistenna minuta.”

Tislijiet,

Josette Attard u Elisa Vassallo

Read Full Post »

Older Posts »