Feeds:
Posts
Comments

Archive for July, 2013

Għeżież Ġenituri

L-Uniformi tal-Year 1 ser tinbiegħ mill-iskola tas-Siġġiewi għada l-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2013 bejn it-8.30am u nofsinhar.  Dħul mill-bieb tal-Foyer fi Triq l-Iskola.

Biex tara d-dettalji dwar l-uniformi tista’ tagħfas hawn jew ara taħt.

P Decelis

new uniform

Read Full Post »

Fl-14 ta’ Ġunju 2013 l-iskola Primarja Siġġiewi ċċelebrat ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni li dam sejjer sentejn fis-sala.  F’din l-okkazjoni ġew inawgurati kemm is-sala bit-tibdiliet fil-palk, fuq il-faċċata tiegħu li nksiet bl-injam u rħama bl-isem tal-iskola fil-foyer.  Ġiet inawgurata wkoll kamra fejn jiġi ppreparat ikel bnin mit-tfal.  Din tintuża wkoll għall-okkażjonijiet li jsiru fis-Sala. Dakinhar ukoll, is-Sala ġiet imsemmija għal Patri Ġuże’ Delia, peress li l-iskola kienet imsemmija għalih fil-passat.  Minħabba f’dan, l-okkażjoni bdiet bit-tqegħid ta’ fjuri fuq il-monument ta’ Ġuże’ Delia li qiegħed biswit is-sala stess.  Ħadu sehem is-sindku tas-Siġġiewi, l-Għaqda Kulturali Siġġiewi, id-Direttur Ġenerali tal-Edukazzjoni u uffiċjali tad-Direttorat, l-Arċipriet, il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju,  il-Kap u l-President tal-Kunsill tal-iskola. Il-banda tal-grupp tal-iScouts tas-Siġġiewi ferrħu lil kulħadd bid-daqq tagħhom matul iċ-ċerimonja kollha.

Fis-sala nkixfu x-xogħlijiet taċ-ċeramika magħmula mit-tfal.  Kull student tas-sena skolastika ta’ qabel ħoloq maduma bit-tafal bis-suġġett: Il-Kampanja.  Dawn ġew immuntati u ħolqu disa’ xogħlijiet tal-arti li sebbħu u mlew il-ħitan tas-sala.

Is-serata kompliet bit-talenti ta’ żfin, kant u reċtar minn studenti, għalliema, membri oħra tal-istaff u anke l-ġenituri.

Read Full Post »