Feeds:
Posts
Comments

Archive for September, 2015

Animal Awareness Day

Għeziez ġenituri

Nhar it-Tnejn 5 ta’ Ottubru se tiġi ċċelebrata Animal Awareness Day fl-iskola Primarja Siġġiewi.   Għalhekk intom mistiedna biex tiġu flimkien ma’ uliedkom bil-pets fil-bitħa fit-8.30am ħalli flimkien nassistu għat-tberik tal-annimali mill-Arċipriet. Wara nitolbukom tieħdu l-pets lura magħkom id-dar.

Grazzi

N. Saliba

Read Full Post »

GURNATA KULTURALI FI SQALLIJA

Screen Shot 2015-09-29 at 12.29.52

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Ottubru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

 

Read Full Post »

Ittra lill-Ġenituri

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li kull filgħodu l-bieb tal-iskola jinfetaħ fit-8.25am. F’dan il-ħin għandhom jidħlu t-tfal talYr1 sa Yr6 ġol-bitħa ħalli tibda l-assembly. Fit-8.30am jibdew deħlin it-tfal tal-Kindergarten u dawn għandhom jistennew fil-foyer mal-għalliema tagħhom. Fid-8.45am il-ġenituri kollha huma mitluba li joħorġu mill-iskola ħalli tkun tista’ tibda l-assembly għat-tfal tal-kindergarten fil-foyer.

Fl-ewwel ġurnata BISS (28 ta’ Settembru) it-tfal li kienu Kinder2 u issa se jkunu Yr1 għandhom jibqgħu fil-foyer jistennew l-għalliema tas-sena l-oħra biex jidħlu fil-klassijiet magħhom.

It-tfal li se jibdew Kinder 1 kollha għandhom appuntament biex jibdew skola fl-1 jew fit-2 ta’ Ottubru.

It-tfal ta’ Kinder 2 kollha se jibdew fl-1 ta’ Ottubru.

Il-ħruġ għat-tfal kollha tal-kinder isir fis-2.15pm mill-foyer, filwaqt li t-tfal tal-Yr1 u Yr2 joħorġu mill-bieb tal-ġenb fis-2.20pm.

Fis-2.25pm iddoqq il-qanpiena u jibdew ħerġin it-tfal mill-Yr3 sa Yr6 mill-foyer.

Nixtiequ nfakkrukom ukoll li meta t-tfal ikunu morda għandu jintbagħat ċertifikat mediku flimkien mal-Medical Record Card iffirmata mit-tabib.

Napprezzaw ħafna l-koperazzjoni tagħkom.

Grazzi

Ms. N. Saliba

Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Malta Mobility Week

Click on this link: The Traffic Snake Game Poster for more details.

Read Full Post »

Laqgħa għall-ġenituri kollha

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li l-laqgħa għall-ġenituri kollha ser issir nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Settembru fis-sala tal-iskola fis-6.30pm.  Napprezzaw il-preżenza tagħkom. 

Dħul minn Triq l-Iskola

Grazzi 

Ms N Saliba

Read Full Post »