Feeds:
Posts
Comments

Archive for September, 2018

Għadna kemm ippubblikajna l-kalendarju ta’ Ottubru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Animal Awareness Day

Nhar il-Ħamis 4 t’Ottubru se niċċelebraw Animal Awareness Day permezz ta’ special assembly fejn it-tfal tal-primarja jistgħu jġibu l-pet tagħhom l-iskola u jsir it-tberik tal-annimali .  Il-ġenituri huma mistiedna għal din l-attivita’. Hu importanti li wara t-tberik l-annimali kollha joħorġu mill-iskola biex it-tfal jidħlu fil-klassijiet u jsiru l-lezzjonijiet.

Grazzi

N Saliba

Read Full Post »

Avviż

Nhar il-Ġimgħa 12 t’Ottobru hemm dawn il-laqgħat għall-ġenituri:

Yr3 – Learning Outcome Framework & Continuous Assessment – 9.00

Yr4,5,6 – Continuous Assessment ilo Half Yearly Exams – 10.00

Yr1 – It-Tagħlim tal-Malti – 12.30

Dħul fis-sala minn Triq l-Iskola

Grazzi

N Saliba

Read Full Post »

Avviż

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li kull filgħodu l-bieb tal-iskola jinfetaħ fit-8.25am. F’dan il-ħin għandhom jidħlu t-tfal tal-Yr1 sa Yr6 ġol-bitħa ħalli tibda l-assembly. Fit-8.30am jibdew deħlin it-tfal tal-Kindergarten u dawn għandhom jistennew fil-foyer mal-għalliema tagħhom. Fid-8.45am il-ġenituri kollha huma mitluba li joħorġu mill-iskola ħalli tkun tista’ tibda l-assembly għat-tfal tal-kindergarten fil-foyer.

Fl-ewwel ġurnata BISS (26 ta’ Settembru) it-tfal li kienu Kinder 2 u issa se jkunu Yr1 għandhom jibqgħu fil-foyer jistennew l-għalliema tas-sena l-oħra biex jidħlu fil-klassijiet magħhom.

It-tfal li se jibdew Kinder1 kollha għandhom appuntament biex jibdew skola fl-1 jew fit-2 ta’ Ottubru. Dan tirċievuh bil-posta.

It-tfal ta’ Kinder2 kollha se jibdew fl-1 ta’ Ottubru.

Il-ħruġ għat-tfal kollha tal-kinder isir fis-2.15pm mill-foyer, filwaqt li t-tfal tal-Yr1 u Yr2 joħorġu mill-bieb tal-ġenb fis-2.20pm.

Fis-2.25pm iddoqq il-qanpiena u jibdew ħerġin it-tfal mill-Yr3 sa Yr6 mill-foyer.

Nixtiequ nfakkrukom ukoll li meta t-tfal ikunu morda għandu jintbagħat ċertifikat mediku flimkien mal-Medical Record Card iffirmata mit-tabib.

Napprezzaw ħafna l-koperazzjoni tagħkom.

Grazzi

Ms. N. Saliba

Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Breakfast Club

Nixtieq ninforma lil dawk il-ġenituri li applikaw biex jibagħtu lil uliedhom il-breakfast club biex min se jieħu ċ-ċereali, irid iġib miegħu skutella u mgħarfa.  
 
Nixtieq ngħarrafkom ukoll li min kien jibgħat lit-tfal is-sena l-oħra u ġej din is-sena, irid jerġa’ japplika mill-ġdid.
 
Grazzi 
Ms C Mangion

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Settembru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Pjan ta’ Żvilupp

Għeżież Ġenituri

Bħal kull sena għal dawn l-aħħar tliet snin tistgħu taraw il-pjan ta’ żvilupp għas-sena skolastika 2018-2019 billi tagħfsu hawn.

Din is-sena ser inkunu qed niffukaw fuq tliet pjanijiet t’azzjoni prinċipali.  Dawn huma:

  1. Enhancing Learners’ Language and Literacy Skills
  2. Improving problem solving skills in Mathematics with focus on the CPA approach
  3. Enhanced collaboration and support between peers

Inħeġġukom taqrawhom biex tinfurmaw ruħkom dwar il-ħidma li tkun għaddejja fl-iskola.

Grazzi

N Saliba

Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Older Posts »