Click here to view flyer.
Archive for June, 2016
Literacy Apps Training Course
Posted in Circulars on June 29, 2016| Leave a Comment »
Ġbir ta’ Tappijiet
Posted in Circulars on June 20, 2016| Leave a Comment »
Kull min għandu xi tappijiet tal-plastik, jekk jogħġobkom ġibuhom sa għada, it-Tlieta. Nhar l-Erbgħa filgħodu ser jinġabru t-tappijiet kollha minn GreenPak. Għaldaqstant din is-sena skolastika, wara għada ma naċċettawx aktar tappijiet. Imbagħad nerġgħu nibdew niġbru matul is-sena skolastika li jmiss.
Tislijiet
Dħul b’xejn f’Mużewijiet
Posted in Circulars on June 20, 2016| Leave a Comment »
Bħalissa Heritage Malta għandha offerta speċjali. Qed toffri sħubija b’xejn lill-istudenti kollha fl-iskejjel primarja. Min jissieħeb ikun jista’ jidħol fil-mużewijiet u postijiet kulturali oħra taħt il-kustodja ta’ Heritage Malta b’xejn, waqt li sa żewġ adulti li jkunu ma’ dawn it-tfal iħallsu nofs il-prezz. Min hu interessat jidħol fil-link t’hawn taħt.
Maratona Missjoni
Posted in News on June 11, 2016| Leave a Comment »
Is-Sibt 4 ta’ Ġunju 2016 grupp ta’ tfal mis-sitt sena ħadu sehem f’attivita ġbir ta’ fondi għall-Missjoni. Minbarra li ħadu pjaċir jilagħbu l-futbol f’ambjent amikevoli, it-tfal taw ukoll donazzjoni żgħira b’ total ta €90 f’isem il-Kulleġġ San Injazju l-iskola Primarja Siġġiewi.
.
Ċelebrazzjoni tal-Preċett fl-iskola primarja tas-Siġġiewi
Posted in School Activities, Year 2 on June 10, 2016| Leave a Comment »
Fl-24 ta’ Mejju ċċelebrajna l-Preċett flimkien mat-tfal tat-tieni sena. Il-ġurnata bdiet b’quddiesa fejn it-tfal ipparteċipaw permezz tal-qari, talb u kant. Saħansitra l-quddiesa spiċċat b’żifna mit-tfal stess. Wara l-ġenituri, flimkien ma uliedhom kellhom festin żgħir. It-tfal kollha ingħataw souvenir bħala tifkira ta’ din l-okkazjoni speċjali. Grazzi kbira tmur lill-għalliema u lil-LSAs tat-tieni sena, tal-għajnuna siewja tagħhom.
Inkurunazzjoni tal-Madonna
Posted in School Activities on June 10, 2016| Leave a Comment »
Fit-13 ta’ Mejju kellna l-inkurunazzjoni tal-Madonna. Dakinhar it-tfal kollha ltaqgħu fis-sala fejn sar talb u kant biex infaħħru lill-Madonna li għaliha hu ddedikat ix-xahar ta’ Mejju. Tifla mill-Kindergarten u tifel mill-Year 6 libbsu kuruna ta’ fjuri fuq ras il-Madonna, filwaqt li ħafna tfal ġabu fjuri u xemgħat bħala turija ta’ rispett lejn il-Madonna.