Feeds:
Posts
Comments

Archive for December, 2014

Sports Day għall-istudenti tat-3 sena u l-ġenituri tagħhom ġewwa l-Kumpless Sportiv fil-Kottonera.

Il-ġenituri tat-3 sena ser jigu mistiedna biex jattendu għal programm ta’ attivitajiet nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Frar 2015 mid-9.30 sal-12.15.

Aktar dettalji jingħataw fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar.

Read Full Post »

To access circular click here.

Read Full Post »

Biex taraw iċ-ċirkolari agħfsu hawn.

Read Full Post »

Żifna tal-Karnival

Dawk il-ġenituri li jixtiequ jieħdu sehem fiż-żifna tal-karnival huma mitluba jattendu għall-ewwel rehearsal  nhar it-8 ta’ Jannar fis-7.30am fis-sala tal-iskola.

Read Full Post »

ĊIRKULARI TAL-MILIED 2014

  1. Wasalna fl-aħħar ġimgħa tas-sena 2014! Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom matul is-sena. Flimkien irnexxielna mmexxu ‘l quddiem it-tagħlim tat-tfal tagħna. Dalwaqt ser nibagħtulkom in-Newsletter tal-Milied mat-tfal. Nisperaw li togħġobkom. Hija mimlija informazzjoni u xogħol tal-istudenti. Fiha hemm il-kalendarju b’xi dati importanti.
  2. Nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Diċembru 2014 ser jittella’ l-Kunċert tal-Milied fl-iskola. Il-ġenituri tat-tfal kollha huma mistiedna. Jistgħu jigu sa tnejn min-nies minn kull familja. Il-concert jibda fid-9.15am. Il-bieb jinfetaħ fid-9am. Ovvjament it-tfal jixtiequ li jkollhom udjenza! Għalhekk hija ħasra jekk il-ġenituri jitilqu wara li jaraw lit-tifel/tifla tagħhom. Huwa ppjanat li l-attivita’ ddum ftit aktar minn sagħtejn. Ser ikollna fotografu u vidjografu biex jieħdu ritratti u vidjow professjonali. Dawn ikunu għall-bejgħ f’Jannar. Min irid jieħu xi ritratt hu, jista’ jagħmel dan minn postu.
  3. Nhar it-Tnejn 22 ta’ Diċembru hi l-aħħar ġurnata tal-iskola. Dakinhar ikollna purċissjoni madwar l-iskola wara d-9am u jsiru l-parties fil-klassijiet.
  4. Fis-7 ta’ Jannar ser nibagħtulkom informazzjoni dwar l-elezzjoni tal-Kunsill Skolastiku 2015 – 2016 u l-Elezzjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ġenituri tal-Istudenti tal-Iskejjel tal-Istat (MAPSSS). Jekk ikun hemm aktar minn tliet ġenituri li jkunu ħarġu għall-Kunsill Skolastiku, nhar it-23 ta’ Jannar 2015 issir elezzjoni għaż-żewġ kumitati. Jekk le, issir l-elezzjoni għall-MAPSSS biss. Inħeġġukom ilkoll tiġu l-iskola tivvutaw.
  5. Hemm il-pjan li jsir kors tal-First Aid għall-ġenituri matul il-ġurnata. Dawk li huma interessati għandhom jibagħtu imejl fuq sic.siggiewi.pr@gov.mt jew iħallu isimhom, numru tal-mowbajl u d-dettalji mas-segretarja.

Nixtiqulkom Milied hieni u j’Alla l-2015 iġġib magħha ferħ u saħħa għall-familja tagħkom.

       P Decelis

       Kap tal-iskola

       17/12/2014

Read Full Post »

Tifel żgħir flimkien man-nanna tiegħu waslu fi stabbiliment kbir f’Wisconsin, fl-Amerka. It-tifel malajr tela’ jiġri bilqiegħda fuq Father Christmas li kien hemm ġewwa dan l-istabbiliment. It-tifel kellu f’idejh ritratt ta’ tifla.

‘Din min hi?’, staqsa Father Christmas bi tbissima. ‘Ħabiba tiegħek?’, ‘Oħtok?’

‘Iva, Father Christmas’ wieġeb it-tifel.

‘Oħti Sarah tinsab marida ħafna’ qallu t-tifel b’leħen miksur.

Father Christmas ħares lejn in-nanna tat-tifel li kienet qed tistenna fil-qrib u ra tixxotta d-dmugħ.

‘Riedet tiġi miegħi biex tarak u tkellmek’ kompla t-tifel b’leħen baxx.

Father Christmas ipprova jferrħu u jagħmillu kuraġġ billi tbissimlu u staqsieh x’jixtieq iġiblu fil-Milied.

Meta lestew, in-nanna resqet lejhom u filwaqt li għenet lit-tifel jinżel minn fuq Father Christmas, b’wiċċ aħmar nar bil-mistħija qalet lil Father Christmas, ‘Naf li se nitolbok wisq imma… dik it-tifla ta fuq ir-ritratt hija n-neputija tiegħi… Tinsab marida ħafna u qed jaħsbu li mhux se twassal sal-Milied!’

L-imsejkna mara telgħetilha għoqla fi griżmejha u ma setgħetx tikkontrolla d-dmugħ li beda jċarċar ma’ ħaddejha pero’ għamlet il-kuraġġ u kompliet;

‘Taħseb li tkun tista’ tiġi tara lil Sarah l-isptar? Din hi x-xewqa tagħha dan il-Milied, li tara lil Father Christmas!’

Father Christmas tħawwad pero’ qalilha biex tħalli l-informazzjoni ta’ fejn kienet Sarah mal-meniġer tal-post. Baqa’ jewhden u jaħseb sa filgħaxija. Kien iddeċieda…

‘Min jaf kieku kien hemm it-tifla tiegħi ġo sptar qiegħda tmut?’ Li mmur inferraħha ftit hi l-inqas ħaġa li nista’ nagħmel!’

Wara li għalaq l-istabbiliment dakinhar filgħaxija, Father Christmas mar ħdejn il-meniġer u talbu d-dettalji li kienet ħallietlu dik in-nanna. Meta sema’ l-istorja kollha, il-meniġer offrielu biex iwasslu hu stess. Daħlu l-isptar u sabu s-sala fejn kienet Sarah. Il-meniġer baqa’ jisenna barra s-sala.

Father Christmas ħa nifs ‘il ġewwa, poġġa tbissima fuq wiċċu u daħal fil-kamra. Beda jdoqq il-qanpiena li kellu f’idu beda jgħid b’leħen għoli, ‘Ho, ho, ho!’

‘Father Christmas!’ werżqet Sarah b’leħen dgħajjef.

Father Christmas mar jiġri ħdejn is-sodda tagħha u għannaqha miegħu. Kienet tidher li kienet marida serjament imma dawk l-għajnejn ċelesti kbar iħarsu lejh ħallewh iċċassat. Beda jiġġieled miegħu nnifsu biex ma taqbiżlux xi demgħa.

Waqt li hu u Sarah bdew jitkellmu, l-kumplament tal-familja ġew madwar is-sodda u bdew jirringrazzjawh feħanin li Sarah kienet qatgħet xewqitha.

Father Christmas u Sarah damu jitkellmu ħafna u qaltlu x’ġugarelli kienet tixtieq għall-Milied filwaqt li bdiet taċċertah li kienet qagħdet brava dik is-sena.

Father Christmas ħass li kellu jitlob għal Sarah u hu u l-kumplament tal-familja ta’ Sarah inġabru madwar is-sodda jżommu id f’id. Bdew jitolbu flimkien biex Sarah tfiq u kif waqfu, Father Christmas beda jkanta, ‘Lejl tas-Skiet, Lejl tal-Milied!’   Il-familja ta’ Sarah komplew miegħu u baqgħu iżommu idejn xulxin.

Kif sarlu l-ħin biex imur, resaq qrib Sarah u qalilha, ‘Issa Sarah, inti għandek biċċa xogħol x’tagħmel!’ Trid twiegħdni li se taħdem biex tibda tħossok aħjar u tfiq. Irrid narak tilgħab mal-ħbieb fis-sajf u bħal dan iż-żmien sena rridek tiġi ħdejja fl-istabbiliment’.

Kien jaf li kienet ħaġa kważi impossibli imma ried jagħtiha l-aqwa rigal li seta’ – mhux il-ġugarelli – imma t-TAMA.

‘Iva Father Christmas!’ qaltlu Sarah bi tbissima għajjiena.

Kif ħareġ mill-kamra intefa’ bilqiegħda fuq l-ewwel siġġu li sab u beda jibki bħal tarbija.

Eżatt sena wara, Father Christmas kien reġa’ qiegħed xogħol fl-istess stabbiliment. Darba minnhom ġiet tifla żgħira.

‘Ħelow Father Christmas! Tiftakarni?’

‘Dażgur’ qalilha Father Christmas (bħalma jagħmel dejjem!), filwaqt li tbissmilha. Hu ma kienx jiftakar lit-tfal kollha li kienu jiġu jkellmuh!

‘Inti ġejt iżżurni l-isptar is-sena l-oħra u għedtli li jekk infiq niġi hawn narak!’

‘SARAH!’ għajjat Father Christmas. Assolutament ma kienx għarafha! Kellha par wardiet ħomor, xagħar dehbi twil – bil-wisq differenti minn kif kien ra eżatt sena qabel!

Għolla rasu u ra lill-ommha u n-nanna ta’ Sarah jitbissmu u jxejrulu.

Dak kien l-aqwa Milied għal Father Christmas. Kien serva ta’ strument biex iwassal il-miraklu tat-TAMA. Sarah kienet b’saħħitha. Sarah kien għaddielha!

Dak il-ħin ħares ‘il fuq u qal, ‘Grazzi Missier. Dan huwa veru Milied hieni…..’

 

Naħsbu ftit…

Din hija storja vera ta’ Miraklu tal-Milied. Seħħet f’Diċembru 1997 f’Wisconsin, l-Amerka. Sarah kienet tifla ta’ disa’ snin u kellha l-lukiemja. It-tobba kienu qatgħu qalbhom li setgħet tfiq filfatt ħasbu li ma kinitx se twassal sal-Milied. Father Christmas kien Mark Lenonard li kien ilu jagħmel dan ix-xogħol għal diversi snin.

Xi kultant b’ġest sempliċi nistgħu inferrħu u nerġgħu nagħtu t-tama u l-kuraġġ lil min forsi jkun għaddej minn żmien diffiċli!

Nidħku ftit…

L-Esperjenza ta’ William fl-Ajruport:

Wara li wasal minn titjijra minn Ruma, William induna li l-bagalji tiegħu ma kinux waslu. Għalhekk daħal f’uffiċċju biex jirrapporta. Tfajla pulita li kienet wara l-iskrivanija tbissmitlu u wara li qalilha x’kien ġralu qaltlu biex ma jinkwetax għax huma kienu nies professjonali u biex iserraħ rasu li l-bagalji tiegħu kienu se jinstabu.

Imbagħad staqsietu, ‘Wasal l-ajruplan imma?’ 🙂

Tislijiet,

Josette Attard

Elisa Delia

Read Full Post »

Quote of the week

fun fact 8 quote of the week 8

Read Full Post »

Reminder

Nixtieq infakkarkom li għada l-Ġimgħa 12 ta’ Diċembru, it-tfal tal-Kinder jispiċċaw f’nofsinhar neqsin kwart. Il-Primarja jispiċċaw f’nofsinhar.

Read Full Post »

Quotes of the week

fun fact 7 quote of the week 7

Read Full Post »

Nhar il-Ħamis 20 ta’ Novembru kienet ġurnata speċjali għalina t-tfal. Kien il-25 anniversarju tal-Kummissjoni għad-drittijiet tat-tfal u jien kont rapreżentant tal-iskola tiegħi. Dawn id-drittijiet huma importanti għalina biex ngħixu f’dinja aħjar. Ifakkruna li aħna kollha l-istess u kollha speċjali u importanti. Il-President ta’ Malta l-Eċċelenza tagħha Marie Louise Coleiro Preca, mexxiet din il-laqgħa.

Wara kellna niktbu xi sentenzi jew inpinġu xi ħaġa li nixtiequ li jkollna biex ngħixu aħjar. L-idea tiegħi li ktibt kienet li nżommu Malta post sikur u bla periklu għalina t-tfal. Kienet esperjenza mill-isbaħ għalija.

John Sant Portanier

President

Kunsill tal-Istudenti

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Older Posts »