To access the school calendar for scholastic year 2018-19 please click here: School Calendar 2018-19
Archive for June, 2018
School Calendar 2018-19
Posted in Circulars, News on June 28, 2018| Leave a Comment »
World Book Day
Posted in School Activities on June 27, 2018| Leave a Comment »
Ms Moira Darmanin, Ms Noella Failla & Ms Sharon Balzan |
Year 2.2 |
3rd prize in the Year 2 competition |
Nathan Vella |
Year 3.2 |
2nd prize in the Year 3 competition |
Erika Bonello |
Year 3.3 |
3rd prize in the Year 3 competition |
Samira Borg |
Year 4.2 |
3rd prize in the Year 4 competition |
Bertie Briffa & Luke Micallef |
Year 6.1 |
1st prize in the Year 6 competition |
Luke Debono, Francesco Giuseppe Giorgino & Aidan Mallia |
Year 6.1 |
2nd in the Year 6 competition |
N. Saliba
Dyslexia Friendly School Quality Mark
Posted in News, School Activities on June 21, 2018| Leave a Comment »
Nhar it-Tlieta, 15 ta’ Mejju 2018 l-iskola tagħna ngħatat id-Dyslexia Friendly School Quality Mark. Din il-quality mark tingħata bħala rikonoxximent tax-xogħol siewi li jsir mill-għalliema u l-amministrazzjoni tal-iskola, bis-support ta’ staff mid- dipartiment tal-SpLD u tal-litteriżmu. Din tingħata lil dawk l-iskejjel li addottaw u żviluppaw prattiċi u tagħlim għat-tfal bid-dyslexia. Madankollu t-tagħlim, l-istrateġiji u r-riżorsi multisensorjali li jintużaw biex jgħinu lit-tfal bid-dyslexia, huma ta’ benefiċċju għat-tfal kollha. Dan jirriżulta fl-livell ogħla ta’ edukazzjoni li tilħaq lil kulħadd.
Crazy Hair Day
Posted in School Activities on June 20, 2018| Leave a Comment »
Il-Ħamis, 21 ta’ Ġunju, ser nagħmlu Crazy Hair Day. It-tfal kollha huma mħeġġa biex jiġu l-iskola lebsin l-uniformi imma b’xagħarhom irranġat u/jew miżbugħ b’mod kreattiv. B’hekk nispiċċaw is-sena skolastika b’attività sabiħa. Kull min jieħu sehem f’din l-attività hu mitlub li jġib €1 donazzjoni għall-iskola.
The Active School Flag
Posted in News, School Activities on June 15, 2018| Leave a Comment »
L-iskola Primarja tas-Siġġiewi għadha kif ġiet onorata għat-tieni sena konsekuttiva billi ngħatat The Active School Flag. Din il-bandiera ngħatat bħala rikonoxximent tal-attivitajiet varji tal-edukazzjoni fiżika li jsiru b’mod regolari fl-iskola tagħna. Fost dawn l-attivitajiet nistgħu nsemmu l-Isports Day għat-tfal tal-primarja kollha, Kidlympics għat-tfal tal-kindergarten, Olymaths, Braingym li jsir filgħodu waqt l-assembly, mid-day break clubs u ħafna attivitajiet sportivi ġewwa u barra l-iskola.
Din is-sena introduċejna wkoll id-Daily Mile li qed issir mat-tfal kollha li jattendu l-breakfast club. Minbarra l-bandiera li turi l-iskola tas-Siġġiewi bħala SkolAttiva ngħatajna wkoll ċertifikat li ħadna s-Silver Award ta’ kemm nippromwovu l-attivita’ fiżika u sportiva f’din l-iskola.
N. Saliba
Counselling Walk in Service 2018
Posted in Circulars on June 8, 2018| Leave a Comment »
Għeżież Ġenituri / Kustodji,
Matul il-vaganzi tas-sajf, il-Kulleġġ San Injazju se jkompli joffri s-servizz tal-Counselling Team għall-istudenti tal-kulleġġ.
Dan is-servizz ser jingħata mill-Principal Counsellor tal-Kulleġġ, Ms S. Micallef Marmara’, Ms. J. Farrugia (Counsellor), Ms. Karen Decelis (Counselling trainee) u Ms. F. Fino (Counselling trainee). Dan is-servizz ser jibda jingħata fiċ-Ċentru Amministrattiv tal-Kulleġġ San Injazju li qiegħed fi Pjazza Federico Maempel, Ħal Qormi. Dan is-servizz jingħata bejn 8.00am u 12.30pm. Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jċempel fuq in-numru 25987508.
Dejjem Tagħkom,
Ms. Maria Pace
Il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Injazju