Feeds:
Posts
Comments

Archive for February, 2019

Avviż

Aċċess għall-marki tal-Assessjar Kontinwu

Mil-lum, 28ta’ Frar, intom il-ġenituri tat-tfal fir-raba’, fil-ħames u s-sitt sena ser ikollkom aċċess onlajn għall-marki tal-assessjar kontinwu ta’ uliedkom. Biex tagħmlu dan idħlu http://mis.edu.mt għafsu fuq Guardians  u lloggjaw bl-użu tal-e-ID.  F’każ li għal xi raġuni jew oħra m’għandkomx eID, tistgħu tużaw l-email tal-ilearn u l-password ta’ uliedkom.  Il-ġenituri tat-tfal fit-tielet sena jistgħu jużaw l-istess proċedura.

Access to Continuous Assessment marks

As from today, 28th February, the parents of pupils in years 4, 5 and 6, can access the continuous assessment marks of their children online.  Go to http://mis.edu.mt click on Guardians and log using your eID credentials.  If for some reason or another you cannot access the eID, you can use the ilearn email and password of your child. Parents of pupils in year 3 can use the same procedure.

Read Full Post »

Il-Kalendarju ta’ Marzu

Għadna kemm ippubblikajna l-kalendarju ta’ Marzu. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Aqra u Rrifletti

HAPPY FEET

Ms Theuma kienet qed tipprepara biex tibda l-lezzjoni fil-klassi ta’ Luke. Illum kien imiss li jiddiskutu t-tema tal-familja. Peress li kien suġġett delikat għal xi wħud mit-tfal, ma xtaqitx li tgħidilhom is-suġġett mill-ewwel imma tagħmel introduzzjoni ħelwa għalih.

“Hawn xi ħadd li ra l-film Happy Feet?” staqsiethom hekk kif kulħadd sab postu. Ma kinux ftit li qalu iva u li kieku mhux għax waqqfithom kienu diġà pronti li jibdew jgħidu kemm għoġobhom. “Tiftakru x’għamel il-pengwin missier fl-istorja?” kompliet l-għalliema. Raquela malajr qabżet u qalet: “Qagħad iżomm il-bajda tal-ferħ tiegħu għal sitt xhur sħaħ fis-sħana.” “Eżatt. U sadanittant l-omm fejn kienet?” saqsiet Ms Theuma. Hawnhekk qabeż Liam u wieġeb: “L-omm marret tfittex l-ikel għall-ferħ tagħha.”

L-għalliema kienet kuntenta u qaltlu: “Prosit. Tidhru li tiftakruh sew il-film. Issa, għaliex taħsbu li għamlu hekk dawn iż-żewġ ġenituri?” Damu jaħsbuha ftit u għalhekk l-għalliema ppruvat tgħinhom bi ftit ħsibijiet: “X’kien jiġri li kieku l-bajda baqgħet fil-kesħa? X’kien iħoss il-missier kieku ma għamilx dak is-sagrifiċċju għal sitt xhur sħaħ u tilef lil ibnu? U kieku l-omm ippreferiet li toqgħod mal-familja tagħha, kif kienu se jgħixu mingħajr ikel…? U binhom, għalkemm xtaq li jkun hu mingħajr ma jaħbi d-differenzi li kellu, dejjem żamm lill-ġenituri tiegħu fi ħsiebu.”

U kompliet: “Ma taħsbux li din il-familja tgħallimna ħafna fuq kemm hu sabiħ li ngħixu f’familja li tgħożż l-imħabba tal-membri tagħha, li temmen li s-sagrifiċċju huwa essenzjali biex hi timxi ‘l quddiem u li tagħraf il-prijoritajiet ta’ kull żmien kif imiss?”

It-tfal dehru li kienu qed jixtarru sew dawk il-ħsibijiet li kienet għadha kif lissnet Ms Theuma. F’daqqa waħda, Luke, tfajjel imqareb imma intelliġenti, staqsieha: “Imma Miss, ma taħsibx li dan hu nieqes fil-familji tagħna, speċjalment jekk il-familja jkollha ġenitur wieħed, jew meta l-ġenituri jisseparaw?”

Dak li kienet qed tistenna l-għalliema! “Għandek raġun Luke. Però, aħna hawnhekk ilkoll nistgħu nagħmlu xi ħaġa, hi x’inhi s-sitwazzjoni tal-familja tagħna. Vera li tkun aktar diffiċli jekk hemm l-inkwiet fil-familja tagħna, però xorta waħda nistgħu nħobbu, nirrispettaw, nagħmlu sagrifiċċji għal xulxin, nitolbu għal xulxin, ma nxewxux waqt xi argument fil-familja u forsi noqogħdu lura minn xi kelma li tista’ tweġġa’.”

It-tfal baqgħu msammrin mas-siġġu, jaħsbu fuq dan il-kliem tqil imma sabiħ li qaltilhom Ms Theuma. Il-ħin tal-lezzjoni kien tar u għalhekk Ms Theuma qaltilhom: “Għandi biċċa xogħol żgħira għalikom biex tagħmluha d-dar – Nixtieqkom li tagħmlu lista ta’ affarijiet li intom tistgħu tagħmlu fil-familji tagħkom biex ikunu familji sbieħ u b’saħħithom u ma jitkissrux mill-kurrenti negattivi. Fil-lezzjoni li jmiss, min iħossu komdu jista’ jaqralna l-lista biex nagħmlu lista twila ta’ ideat.”

U int – se tagħmilha din il-lista u x’se tinkludi fiha? Tistenniex li ħaddieħor jieħu l-inizjattiva biex tgawdi int. Agħmel int l-ewwel pass u itlob biex l-eżempju tiegħek iwassal biex ħaddieħor ukoll jagħmel il-pass tiegħu. U jekk nagħtu pass wara pass, insiru tassew nixbħu lil-pingwini tal-film HAPPY FEET!

Tislijiet,

L-għalliema tal-PSCD

Read Full Post »

Tfakkira

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Marzu ser niċċelebraw il-karnival ġewwa l-iskola tagħna.  Għaldaqstant it-tfal kollha jistgħu jiġu lebsin il-kostum tal-karnival favorit tagħhom.

Infakkrukom li dakinhar l-iskola tispiċċa f’11.45 għat-tfal tal-kindergarten u f’12.00 għat-tfal tal-primarja.

Grazzi

N Saliba

Read Full Post »

Minecraft Education Edition

Read Full Post »

Fiera tal-Ktieb

Read Full Post »

Avviż Importanti

Nota għall-ġenituri ta’ tfal fir-raba’, ħames u sitt sena

Għeżież ġenituri tat-tfal fir-raba’, ħames u sitt sena,

Mit-28 ta’ Frar, 2019, ser ikollkom aċċess għall-marki tal-assessjar kontinwu ta’ uliedkom li qegħdin fir-raba’, ħames u sitt sena.  Biex dan iseħħ għandna bżonn l-indizz tal-imejl ta’ mill-inqas ġenitur wieħed.  Għaldaqstant nitolbukom tagħfsu fuq il-link hawn taħt u timlew l-informazzjoni mitluba.

 

https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSfyOA4Z_xqWU2iJ3q4NuYbqraeD6Ed-S73U4DabIDnHgOxi-A/viewform?usp=pp_url

 

A note for parents of pupils in years 4, 5 and 6

Dear parents of pupils in years 4, 5 and 6,

From the 28th February, 2019 you are going to have access to the continuous assessment marks of your children who are in years 4, 5 and 6.  In order to give you access we need the e-mail address of at least one parent.  We are therefore kindly asking you to click on the link below and fill-in the information required.

https://docs.google.com/forms/d/e/1FAIpQLSfyOA4Z_xqWU2iJ3q4NuYbqraeD6Ed-S73U4DabIDnHgOxi-A/viewform?usp=pp_url

Mr Randolph Peresso

Read Full Post »

Older Posts »