Feeds:
Posts
Comments

Archive for March, 2018

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ April. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Invitation to Parents for the Health and Safety Expo 2018

Read Full Post »

Dawn huma xi ritratti li ħadna nhar l-Erbgħa, 21 ta’ Marzu. L-iskola ċċelebrajna din il-ġurnata b’solidarjetà ma’ Luca, tifel fil-year 2. Imma wkoll biex ngħinu lit-tfal tagħna jiffukaw fuq il-kapaċitajiet u drittijiet ta’ kull persuna, hi min hi u hi x’inhi.

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

L-esibizzjoni tal-Arti tal-Kulleġġ San Injazju tinsab fil-palazz tal-President il-Belt Valletta. Kulħadd huwa mistieden imur jara din l-esibizzjoni mtella’ mill-istudenti tal-kulleġġ tagħna. Inħajrukom ukoll tixtru l-biċċiet tal-arti li l-flus tagħhom imorru għall-Community Chest Fund.

Read Full Post »

Għada, il-21 ta’ Marzu, hija ġurnata ddedikata għal persuni bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome.  Aħna ser niċċelebraw din il-ġurnata billi ningħaqdu mal-kampanja #lotsofsocks  u min irid, jiġi l-iskola liebes kalzetta kulur u kalzetta kulur ieħor.  Lil hinn, mill-kulur tal-kalzetti, l-aktar ħaġa importanti hi li niffukaw fuq dak li huma kapaċi jagħmlu persuni bid-Down Syndrome u li nirrealizzaw li anke huma għandhom id-drittijiet tagħhom.

Read Full Post »

Nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Frar fl-iskola ġie ċċelebrat il-Karnival. It-tfal kollha ġew bil-kostum favorit tagħhom u lkoll ħadu pjaċir jaraw spettaklu ta’ zfin mit-tfal tal-ħames sena, mill-ġenituri, mill-għalliema u mhux l-inqas farsa mtella’ mill-Minor Staff. Nixtieq nieħu din l-opportunita’ biex nirringrazzja lil kull min ta sehemu speċjalment lil Ms. Stephanie Zammit għall-korjografija tat-tliet zifniet u lil Ms. Amanda Sciberras tal-għajnuna fis- sound u d-dwal.

Prosit u Grazzi

N. Saliba

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Ħarġa Kulturali

Read Full Post »

Older Posts »