Feeds:
Posts
Comments

Għeżież ġenituri 

Il-kalendarju għas-sena skolastika li ġejja 2016-2017 tistgħu tarawh billi tidħlu fil-link hawn. Id-dati huma tentattivi, jiġifieri jista’ ikun li xi dati jinbidlu matul is-sena skont il-bżonn.

 Grazzi

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola

The EkoSkola committee has worked on the final activity in order to manage to adopt a turtle from Nature Trust Malta.  We are pleased to announce that thanks to the students’ generosity,  we managed to adopt two turtles, named Sara and Tama.  You can view our adoption certificates too.  Thanks for helping us.  

Ms Sephorah

This slideshow requires JavaScript.

Għeżież ġenituri

Issa li t-tfal bdew il-vaganzi tas-sajf nixtiequ nfakkrukom biex minbarra d-divertiment, logħob u għawn, issibu ħin għall-qari. Importanti ħafna li l-qari ma jingħatax il-ġenb għax kif dejjem nisħqu, ftit kuljum itejjeb il-lingwa kemm mitkellma, kif ukoll miktuba.

Minn qalbi f’isem l-Amministrazzjoni tal-iskola u l-istaff kollu nixtieq nirringrazzjakom tal-koperazzjoni u tas-sapport li dejjem insibu mingħandkom.

Nixtiequ lilkom u lill-familji tagħkom is-sajf it-tajjeb!

Il-Kap tal-iskola

N Saliba

Click here to view flyer.

Kull min għandu xi tappijiet tal-plastik, jekk jogħġobkom ġibuhom sa għada, it-Tlieta. Nhar l-Erbgħa filgħodu ser jinġabru t-tappijiet kollha minn GreenPak. Għaldaqstant din is-sena skolastika, wara għada ma naċċettawx aktar tappijiet.  Imbagħad nerġgħu nibdew niġbru matul is-sena skolastika li jmiss.

Tislijiet

Bħalissa Heritage Malta għandha offerta speċjali.  Qed toffri sħubija b’xejn lill-istudenti kollha fl-iskejjel primarja.  Min jissieħeb ikun jista’ jidħol fil-mużewijiet u postijiet kulturali oħra taħt il-kustodja ta’ Heritage Malta b’xejn, waqt li sa żewġ adulti li jkunu ma’ dawn it-tfal iħallsu nofs il-prezz.  Min hu interessat jidħol fil-link t’hawn taħt.

http://heritagemalta.org/student-membership/

Wasalna fl-aħħar xahar ta’ din is-sena skolastika wkoll.  Din is-sena pruvajna nżommu fil-qasir imma naslu għall-punt! Pruvajna wkoll li kemm jista’ jkun dejjem konna prattiċi u pożittivi f’dak li ktibna.  Nittamaw li kollha sibtuhom utli.  Għal dan l-aħħar xahar mhux se nagħmlu inqas.  Se naraw kif b’mod sempliċi jista’ jkollna suċċess minn ħajjitna u b’hekk ikollna iktar sens ta’ sodisfazzjon f’dak kollu li nagħmlu.
Jagħmel suċċess min…

 

..isib ħin għall-qari kujum.
..jagħti l-kumplimenti.
..jaċċetta l-bidla.
..jaħfer lill-oħrajn.
..jiddiskuti l-ideat.
..dejjem lest li jitgħallem.
..jerfa’ r-responsabbiltajiet tiegħu.
..għandu sens ta’ gratitudni.
..għandu direzzjoni u jaf jippjana.
Ma jirnexxix min…

..jara t-TV il-ħin kollu.
..jikkritika.
..jibża’ mill-bidla.
..iżomm f’qalbu.
..jgħid fuq in-nies.
..jaħseb li jaf ħafna.
..dejjem isib it-tort fl-oħrajn.
..dejjem jippretendi.
..qatt ma jippjana.

Naħsbu ftit… Din hija lista pjuttost ċara ta’ kif wieħed jista’ faċilment ikollu ħajja ta’ suċċess mingħajr ma jirfes il-kallu ta’ ħadd. B’sens ta’ altruiżmu imma fl-istess ħin jekk kulħadd jagħraf iżomm postu nistgħu ngħixu ħajja sodisfaċenti.  Kemm hu sabiħ meta nkunu nafu x’irridu minn ħajjitna u fejn insibu diffikultà nfittxu l-għajnuna.  L-għajnuna tasal faċli jekk nitgħallmu kif inkunu f’relazzjoni tajba mal-oħrajn.  Ħafna drabi nisimgħu lil min jgħid li diffiċli jsib il-ħbieb jew ma’ min jaqbel.  Imma kemm minna qatt ħsibna ftit jekk inkunux aħna stess li b’għemilna nkunu qed inbiegħdu lill-oħrajn ‘l bogħod minna.  Dawn iż-żweġ listi t’hawn fuq juru stampa ċara ta’ żewġ opposti u stampa ċara ta’ kif nistgħu nitgħallmu nagħmlu suċċess f’dak kollu li nagħmlu.  Tajjeb li niftakru wkoll li kemm bħala ġenituri u kemm bħala għalliema għandna dmir li nagħtu dejjem eżempju tajjeb lil uliedna jew l-istudenti tagħna.  Nispiċċaw billi nawguraw lil kulħadd Sajf sabiħ mimli saħħa u mistrieħ.
Kelma ta kuraġġ… We all have the duty to do good. Pope Francis
Kollha kemm aħna fid-dmir li nagħmlu l-ġid. Papa Franġisku.

 
Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo

PSCD – 2015/2016

Follow

Get every new post delivered to your Inbox.

Join 486 other followers