Feeds:
Posts
Comments

Archive for September, 2016

Għeżież ġenituri

Nhar it-Tlieta 4 ta’ Ottubru se tiġi ċċelebrata Animal Awareness Day fl-iskola Primarja Siġġiewi. Għalhekk intom il-ġenituri tat-tfal mill-Year 1 sa Year 6 mistiedna biex tiġu flimkien ma’ uliedkom bil-pets fil-bitħa fit-8.30am ħalli flimkien nassistu għat-tberik tal-annimali mill-Arċipriet. Wara nitolbukom tieħdu l-pets lura magħkom id-dar.

Grazzi

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Ottubru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Għal informazzjoni dwar din l-attivita’ idħlu hawn.

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li kull filgħodu l-bieb tal-iskola jinfetaħ fit-8.25am. F’dan il-ħin għandhom jidħlu t-tfal talYr1 sa Yr6 ġol-bitħa ħalli tibda l-assembly. Fit-8.30am jibdew deħlin it-tfal tal-Kindergarten u dawn għandhom jistennew fil-foyer mal-għalliema tagħhom. Fid-8.45am il-ġenituri kollha huma mitluba li joħorġu mill-iskola ħalli tkun tista’ tibda l-assembly għat-tfal tal-kindergarten fil-foyer.

Fl-ewwel ġurnata BISS (26 ta’ Settembru) it-tfal li kienu Kinder 2 u issa se jkunu Yr1 għandhom jibqgħu fil-foyer jistennew l-għalliema tas-sena l-oħra biex jidħlu fil-klassijiet magħhom.

It-tfal li se jibdew Kinder 1 kollha għandhom appuntament biex jibdew skola fit-3 jew fit-4 ta’ Ottubru. Dan tirċievuh bil-posta.

It-tfal ta’ Kinder 2 kollha se jibdew fit-3 ta’ Ottubru.

Il-ħruġ għat-tfal kollha tal-kinder isir fis-2.15pm mill-foyer, filwaqt li t-tfal tal-Yr1 u Yr2 joħorġu mill-bieb tal-ġenb fis-2.20pm.

Fis-2.25pm iddoqq il-qanpiena u jibdew ħerġin it-tfal mill-Yr3 sa Yr6 mill-foyer.

Nixtiequ nfakkrukom ukoll li meta t-tfal ikunu morda għandu jintbagħat ċertifikat mediku flimkien mal-Medical Record Card iffirmata mit-tabib.

Napprezzaw ħafna l-koperazzjoni tagħkom.

Grazzi

Ms. N. Saliba

Kap tal-Iskola

 

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Settembru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »