Feeds:
Posts
Comments

Archive for October, 2015

Avviż Żgħir

Għeżież Ġenituri

Qed nirċievu ħafna lmenti minn ġirien tal-iskola dwar ipparkjar ħazin fit-toroq tal-viċin.  Nitolbukom tosservaw ir-regoli u ma tipparkjawx quddiem garaxxijiet.  Il-koperazzjoni tagħkom hija dejjem apprezzata.

Grazzi

N Saliba

Read Full Post »

We are pleased to announce that the Year 3 children of Ms Melanie’s and Ms Catherine’s classes, as well as the Year 4 children of Ms Claudine’s class have been awarded the Quality Label for their eTwinning project of scholastic year 2014-15. eTwinning Quality Labels are granted to teachers with excellent eTwinning projects. They indicate that the project has reached a certain national and European standard.

You must be asking – What’s eTwinning?

eTwinning is a framework for schools to collaborate on the Internet with partner schools in other European countries. The projects aim to encourage European schools to collaborate using Information and Communication Technologies (ICT).

At the click of a mouse, pupils and teachers can work with their counterparts in other countries and learn about any subject or topic with and from each other.

The main aim behind these kind of projects is to create very rich and authentic learning situations for the children. They contribute in an increase to the students’ motivation, improves their communication and team-work skills and help them to develop cultural awareness and tolerance. We believe that there are more opportunities for the children to learn than just within the classroom.

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Għeżież ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom dwar il-ġita ta’ ġurnata li ser nagħmlu ġewwa Sqallija fil-31 ta’ Ottubru.

Jekk tixtiequ tigu magħna nitolbukom tibbukkjaw sa nhar it-Tnejn 19 ta’ Ottubru.

Baqa’ biss ftit postijiet.

Grazzi

GURNATA KULTURALI FI SQALLIJA 2015

Read Full Post »

Bdejna sena skolastika ġdida, li bħal dejjem iġġib magħha avventuri u sfidi ġodda. Insiru nafu għalliema ġodda, kif ukoll forsi ħbieb ġodda, apparti kotba u pitazzi ġodda. Il-ġdid dejjem iġib miegħu xi ftit ansjeta’ u biża’. Għalhekk huwa importanti ħafna li nippruvaw inżommu kalmi u nibqgħu iffukati f’dak li għandna bżonn nagħmlu!

B’dan il-mod inkunu qed ngħaddu messaġġ ferm pożittiv lit-tfal tagħna! Nistgħu nibdew billi noqogħdu ftit attenti anki fil-mod li bih inkellmu lit-tfal. Il-kliem li nużaw magħhom jistgħu jew jagħmlulhom kuraġġ jew jaqtgħulhom qalbhom. Barra minn hekk inkunu wkoll qed nagħtuhom eżempju sabiħ ħafna ta’ kif għandhom iġibu ruħhom ma’ xulxin. Bis-saħħa ta’ hekk ir- relazzjonijiet ta’ bejniethom jissaħħu iktar.

Żgur li lil uliedna rriduhom tfal ferħanin u li jkunu kapaċi jemmnu fihom infushom biex jimxu ‘l quddiem. Hawn taħt hawn lista ta’ seba’ frażijiet li t-tfal jieħdu gost jisimgħu u li jagħmlu ġid kbir.

7 frażijiet li kull tifel u tifla jieħdu gost bihom.

  1. Inħobbok.
  2. Kemm jiena kburi jew kburija bik.
  3. Jiddispjaċini.
  4. Naħfirlek.
  5. Għidli, qed nisimgħak.
  6. Din inti responsabbli għaliha.
  7. Prosit kemm inti kapaċi.

Naħsbu ftit…

Ninsabu ċerti li min qed jaqra dan l-artiklu f’qalbu qed jgħid – “Dawn anki jien nieħu gost bihom jekk xi ħadd jgħidhom lili”. Mela aħseb u ara t-tfal, kemm jagħmlu kuraġġ!!!

Kelma ta kuraġġ…

Life is a journey. When we stop, things don’t go right. Pope Francis

‘Il-ħajja hija vjaġġ. Jekk nieqfu, xejn ma jibqa’ sew’. Papa Franġisku.

Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo

PSCD – 2015/2016

 

Read Full Post »

Bronze Award for E-Safety

Għeżież Ġenituri

Bi pjaċir nixtiequ ninfurmawkom li l-iskola tagħna għadha kif ħadet il-Bronze Award for e-safety. Fil-fatt fuq il-website tistgħu taraw il-logo speċjali li juri li l-iskola ngħatat il-Bronze Award. Grazzi speċjali u mill-qalb tmur għal Ms. Chircop li hija l-webmistress li b’tant dedikazzjoni tieħu ħsieb dak kollu li għandu x’jaqsam mal-website tal-iskola. Grazzi wkoll tmur għal Mr. Peresso u Mr. Kevin Grima għall-kontribut tagħhom.

N. Saliba

Kap tal-iskola

Read Full Post »

Dekorazzjonijiet tal-Milied

Għeżież ġenituri

Nixtiequ nistednukom tiġu l-iskola u tqattgħu xi jiem magħna sabiex flimkien noħolqu tiżjin tal-Milied għall-iskola magħmula minn oġġetti li nistgħu nirriċiklaw.

Ser inkunu qed niltaqgħu f’dawn il-ġranet fid-9:00 am fil-Parents’ Room (ħdejn l-uffiċċju tas-segretarja).

• L-Erbgħa 4 ta’ Novembru 2015
• It-Tlieta 10 ta’ Novembru 2015
• It-Tlieta 17 ta’ Novembru 2015
• It-Tlieta 24 ta’ Novembru 2015

Nitolbukom tħallu risposta mas-segretarja tal-iskola sas-16 ta’ Ottubru.

Grazzi.

Annabelle Grech
Diana Borg

Read Full Post »

Last Monday, 5th October, we celebrated Animal Awareness Day.  All the children at our school were excited as we could bring our pet with us to school.  Fr. Joseph Borg came to visit us during the morning assembly to bless our loving pets.  It was a perfect day to announce that this year, the EkoSkola committee will be working on the topic “Taking care of Animals”.  This was the second most voted topic when we did a survey at the beginning of last scholastic year.  

The EkoSkola Committee

Read Full Post »

Older Posts »