Feeds:
Posts
Comments

Archive for November, 2013

JEANS DAY b’risq il-CARITAS

Infakkrukom li l-KUNSILL TAL-ISTUDENTI ser jorganizza JEANS DAY għall-istudenti u l-għalliema kollha nhar it-Tlieta 3 ta’ Diċembru 2013.

Għal dakinhar BISS l-istudenti huma mistiedna jigu lebsin jeans (minflok il-qalziet jew pinafore tal-uniformi), sport shoes u l-flokk tal-PE kit mal-gakketta tal-PE tracksuit.

Kulħadd huwa mitlub jagħti donazzjoni ta’ €1 jew aktar. Il-flus ser jingabru dakinhar stess mill-membri tal-kunsill tal-istudenti bl-għajnuna tal-għalliema. Il-flus kollha se jingħataw lill-CARITAS li tant tagħmel ġid lil dawk fil-bżonn f’Malta.

Grazzi tal-kooperazzjoni tagħkom.

P Decelis

Kap tal-iskola

JEANS DAY 2013

Read Full Post »

IL-PURĊISSJONI titlaq minn Triq l-Iskola wara d-9am. Il-quddiesa tibda għall-ħabta tal-10am.
Narawkom.

festa san nikola 2012Agħfas taħt biex tara vidjow qasir dwar il-festa tas-sena l-oħra.

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Diċembru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

BUFFET BREAKFAST

Bħala ħarġa għal żmien il-Milied ser norganizzaw buffet breakfast  (Continental and English) ġewwa “Cavalieri Hotel”.  Se jkun hemm logħob tat-tombla għal min irid.

Data:               It-Tlieta 10 ta’ Diċembru 2013

Ħin:                 8.45am (min-naħa tas-segretarja)

Prezz:              €13

Biljetti jinbiegħu sa nhar it-Tnejn 2 ta’ Diċembru 2013 mingħand il-ġenituri t’hawn taħt.  Ħlas mal-booking.  Tingħata tifkira tal-okkażjoni.

—————————————————————————————————————-

PARTY TAL-MILIED

 

Ser issir laqgħa għal dawk il-ġenituri li jixtiequ jgħinu biex jiġbru l-flus tal-party tal-Milied. Bħas-snin ta’ qabel dan ser jerġa jiġi organiżżat mill-ġenituri tal-Kunsill.  Huwa importanti li jkun hemm rappreżentant wieħed jew tnejn minn kull klassi.

Data:   6 ta’ Diċembru 2013               Ħin:     1.00pm

Dħul min-naħa tas-segretarja

Annabelle Grech, Christine Scicluna  , Diana Borg

Read Full Post »

Jeans Day 2013

Jeans Day 2013

Read Full Post »

Nixtiequ nfakkrukom fil-laqgħa interessanti dwar it-trobbija tal-ulied li ser issir fl-iskola tas-Siġġiewi għada t-Tlieta 19 ta’ Novembru fid-8.45am.

Ser ikunu mistiedna żewġ residenti ta’ San Blas biex jaqsmu magħna l-esperjenza tagħhom.

Narawkom.

P Decelis
Kap tal-iskola

Read Full Post »

Check points

Gheżeż Ġenituri,

Nixtiequ nistidnukom għal laqgħa minn:    Mr. Alan Gatt  – Hair Consultant  

Is-Suġġett ta’ din il-laqgħa hu:     Hair and Scalp Care

Data:                                     19 ta’ Novembru, 2013

Post:                                      Skola Sekondarja tal-Bniet

                                                Kulleġġ Sant’Injazju

                                                Il-Ħandaq, Qormi

Hin:                                       10:30am

Grazzi

Check points list

Read Full Post »

L-ATTITUDNI KOLLOX!

Fi sptar kbir fl-Amerka kien hemm post fejn kont issib il-lifts kollha, telgħin u neżlin il-ħin kollu  t-tlettax -il sular tal-isptar. L-attivita’ kienet kontinwa lejl u nhar. Ġo kull lift  kont issib persuna inkarigata biex iżżomm  l-ordni, torganizza lill-okkupanti u tagħfas il-buttuni hi. Kien xogħol monotonu għall-aħħar u l-persuna ftit li xejn kienet tirċievi grazzi, bejn għax kulħadd kien ikun mgħaġġel u bejn għax kemm il-viżitaturi u anke t-tobba kienu jarawha żejda din il-persuna ġol-lift.

Waħda minn dawn l-operaturi tal-lifts kienet mara anzjana, imkemmxa u bla edukazzjoni. Kienet tasal kuljum l-isptar u tidħol fil-lift tagħha fis-sitta ta’ filgħodu. Kien ikollha kuljum tbissima kbira fuq fommha li kienet mera tal-ferħ li kellha f’qalbha. Kienet qisha bozza dawl f’dak il-bini antik u ta’ dwejjaq. Ħafna mit-tobba kienu joqogħdu  jistennew il-lift tagħha jasal biex jitilgħu fih, anki jekk kien ikollhom jistennew xi ftit u kienu jkunu mgħaġġlin. Imma mhux l-ewwel darba li sabet min joffendiha jew jgħaddiha biż-żmien. Madankollu qatt ma ħalliet lil ħadd idallmilha l-ġurnata tagħha. Kienet taqsam il-ferħ tagħha ma’ kull min kien interessat li jirċevih.

Darba minnhom, tabiba żagħżugħa staqsietha kif jirnexxielha tibqa’ daqshekk ferħana l-ħin kollu. Ix-xiħa tal-lift weġbitha hekk: Jien ma nagħti poter lil ħadd li jbiddilli l-burdata tajba li jkolli kull filgħodu. L-unika ħaġa li nista’ nikkontrolla fil-ħajja hija l-attitudni u r-reazzjoni tiegħi għal dak li jiġrili. Jien dejjem nagħżel li nirrispondi bl-imħabba.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSD)

Read Full Post »

Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Novembru, żaret l-iskola Primarja tas-Siġġiewi l-awtrici famuża Anna Wilson.  Din iż-żjara saret bis-saħħa ta’ Miller Distributors li jqassmu l-kotba ta’ din l-awtriċi f’Malta.  Anna Wilson tiffoka ħafna fuq l-annimali fil-kotba tagħha.

Il-laqgħa kien fiha tliet taqsimiet. Fl-ewwel parti, bl-għajnuna ta’ powerpoint presentation u l-mod uniku tagħha, drammatiku f’xi waqtiet, l-awtriċi tkellmet dwar kif bdiet tikteb, x’inhuma l-aktar affarijiet li jispirawha sabiex tikteb u l-esperjenzi personali matul ħajjitha li wassluha sabiex tikteb ħafna dwar l-annimali.

Fit-tieni parti tal-attivita’, l-istudenti preżenti li kienu tfal mit-tielet sas-sitt sena tal-iskola tas-Siġġiewi, għamlu mistoqsijiet intelliġenti li l-awtriċi wieġbet bil-ħeġġa li hi magħrufa għaliha.

Fl-aħħarnett, b’paċenzja kbira, hija ffirmat in-numru kbir ta’ kotba li l-istudenti ġabu magħhom, kotba li tant jappellaw għalihom u jogħġbuhom.  L-awtriċi wriet l-apprezzament tagħha għal din il-laqgħa u waqt li ffirmat il-ktieb tal-viżitaturi kellha kliem ta’ tifħir għall-iskola.

P Decelis

Kap tal-iskola

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Nhar it-Tlieta  19 ta’ Novembru 2013 fid-8.45am ser issir laqgħa interessanti ħafna għall-ġenituri kollha fejn is-Sur Alex Attard mill-Caritas ser jiddiskuti t-trobbija tal-ulied.  Biex jgħinuh dakinhar ser ikollu miegħu żewġ klijenti minn San Blas, li huwa ċentru tal-Caritas għal dawk li jkollhom il-problema tad-droga.  Huma ser jirrakkontaw l-istorja personali tagħhom sabiex jenfasizzaw l-importanza ta’ trobbija tajba sa minn eta’ ċkejkna.  Il-laqgħa ser issir fis-sala tal-iskola. Nisperaw li narawkom.

P Decelis – Kap tal-iskola

Read Full Post »

Older Posts »