Feeds:
Posts
Comments

Archive for January, 2016

Ippremjajna lil Kendra Micallef (3.1), Valentina Marie Bezzina (3.3) u Ylenia Schembri (5.1) tas-sehem tagħhom fil-kompetizzjoni li kien hemm fil-fuljett ta’ Diċembru.  L-ismijiet ta’ dawn it-tfal ittellgħu bix-xorti minn fost dawk kollha li ħadu sehem fil-kompetizzjoni.  Prosit lir-rebbieħa u lil kull min ħa sehem. Inħeġġu biex id-darba li jmiss ikollna aktar tfal li jieħdu sehem.

IMG_5578 IMG_5580

Read Full Post »

Hour of Code

“Wara li l-iskola tagħna ġiet imfaħħra mid-Dipartiment tas-Servizzi Edukattivi għall-mod kif organizzajna l-attivita’ fuq il-coding, l-Hour of Code, issa ġejna mgħarrfa li l-klassi tas-Sinjura Marlene Camilleri ser tingħata Lego Wedo Kit għas-sehem tagħha f’din l-attivita’.  Grazzi lil Ms. Camilleri kif ukoll lil Ms. Amanda Sciberras tas-sehem sħiħ tagħha. https://www.facebook.com/HourMalta/?fref=ts

Read Full Post »

“Il-kumitat tal-EkoSkola tal-iskola tagħna organizza tliet attivitijiet bil-għan li t-tfal tagħna jsiru aktar konxji fuq xi tfisser li tkun nieqes mid-dawl u li jinġabru flus għall-Malta Guide Dog Foundation.  
 
L-ewwel attivita’ kienet tinvolvi laqgħa ma’ tlieta min-nies neqsin mid-dawl.  Matul din il-laqgħa dawn il-persuni tawna togħma żgħira ta’ xi tfisser li tgħix b’din il-kundizzjoni u kif nistgħu ngħinuhom.  Fl-aħħar ta’ din l-attivita’ il-kumitat tal-EkoSkola taw stampa ta’ kelb lil kull klassi.  L-istudenti ġew imħeġġa biex jagħtu xi ħaġa żgħira minn buthom.  Kull min ġab donazzjoni seta’ jġinġi parti żgħira minn dan il-kelb.  It-tieni attivita’ kienet Jeans Day fejn kull min ġie bil-jeans ħallas €1.00.  It-tielet attivita’ kienet Snack Day fejn kulħadd seta’ jixtri tliet prodotti tal-Monte, ġentilment mogħtija minn Alf. Mizzi & Sons, għall-prezz ta’ €1.00.  Is-somma miġbura minn dawn it-tliet attivitaijiet telgħet għal ftit aktar minn €1,800.  Dawn il-flus ingħataw lil rapreżentanti tal-Malta Guide Dog Foundation, nhar it-Tnejn 18 ta’ Jannar. Għal din l-attivita’ kien hemm preżenti ġurnalista ta’ TVM li tellgħet servizz fl-aħbarijiet ta’ dakinhar.”
 
 

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Frar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Nixtiequ ninfurmawkom li nhar it-Tlieta 2 ta’ Frar, l-Erbgħa 3 ta’ Frar u l-Ħamis 4 ta’ Frar l-iskola għal Year 4, 5 u 6 BISS tispiċċa f’nofsinhar.

Nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Frar, it-tfal jistgħu jiġu l-iskola lebsin il-kostum tal-karnival.  Dakinhar l-iskola tispiċċa f’nofsinhar għall-istudenti KOLLHA. It-tfal tal-Kindergarten joħorġu kwarta qabel jiġifieri f’11.45am.

Nixtiequ niġbdulkom l-attenzjoni li l-Parents’ Day hija kkonfermata li ser issir fis-26 ta’ Frar.

Barra minn hekk tajjeb li tieħdu nota li Celebration Day ser issir il-Ġimgħa 15 ta’ April.

Grazzi

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Jannar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Snack Day

FB_IMG_1452290406460

Read Full Post »

Older Posts »