Feeds:
Posts
Comments

Archive for August, 2014

KWESTJONARJU DWAR L-ISKOLA

Għeżież ġenituri

Nixtiequ nagħtukom xi informazzjoni dwar il-kwestjonarju dwar l-iskola li tlabnikom tirrispondu f’Mejju li għadda. Aktar minn nofs il-ġenituri rrispondew dan il-kwestjonarju, il-biċċa l-kbira tagħhom bl-ingliż online. Ftit oħra irrispondewh bil-miktub u numru żgħir irrispondew bil-Malti. Aħna, bl-għajnuna ta’ xi ġenituri (nirringrazzja lis-Sinjuri Borg speċjalment), għamilna l-collation tad-data, jiġifieri ġbarna dak kollu li għidtu intom f’dokument li tistgħu taraw hawnhekk.

Nixtiequ nirringrazzjawkom tar-riżultat verament pożittiv li tajtuna. Dan iħeġġiġna nkomplu naħdmu biex noffru l-aħjar edukazzjoni lil uliedkom skont il-motto il-ġdid tal-iskola: Xejn inqas mill-aħjar.

Min-naħa l-oħra ħadna nota immedjatament ta’ xi riżultati li jindikaw x’jista’ jsir aħjar.

F’mistoqsija numru 5, 30% ma ħassewhomx ċerti li l-iskola tistaqsi għall-ideat tagħhom dwar l-istess skola. Dan l-eżerċizzju stess (tal-kwestjonarju) huwa xhieda ta’ dan, filwaqt li matul is-sena nirċievu mijiet ta’ emails mingħandkom.   Kull min ikun jixtieq jista’ jibgħat email fuq sic.siggiewi.pr@gov.mt.

13% qalu li jixtiequ aktar feedback dwar il-progress akkademiku ta’ wliedhom. 13% oħra ma kinux ċerti dwan dan (mistoqsija numru 17). Huwa għalhekk li norganizzaw Parents’ evening f’Novembru, għalkemm l-appuntament ikun qasir ħafna u Parents’ Day f’Marzu. Minn dis-sena bdejna wkoll nagħtu riżultat skont kriterji mħejjija apposta mill-Kinder sal-Year 6. Fil-primarja, għall-ewwel darba qed nagħtu dan ir-riżultat bil-miktub kemm f’nofs is-sena kif ukoll fl-aħħar.

Fin-numru 36, 74% qalu li jieħdu sehem attiv fl-attivitajiet li torganizza l-iskola. Filwaqt li nixtiequ li dan ikun mija fil-mija, nifhmu ċ-ċirkustanzi ta’ ħafna ġenituri li ma jkunux jistgħu jattendu.  Minn hawn inħeġġukom tiġu għal kull laqgħa li tiġi organizzata għalikom. Nibdew bl-ewwel waħda nhar it-Tlieta 16 ta’ Settembru 2014 fis-6.30pm fis-sala tal-iskola.

Grazzi

P Decelis

Kap tal-iskola

Read Full Post »

Għeżież ġenituri

Din hi l-ewwel ċirkulari għas-sena skolastika 2014/5.  Minħabba l-importanza tagħha  u peress li għad m’għandniex l-informazzjoni kompluta dwar min m’għandux internet, din iċ-ċirkulari ser tintbagħat lil kulħadd bil-posta sal-ġimgħa d-dieħla.  B’hekk inkunu qed nikkonfermaw li għandna l-indirizz tajjeb.  Min ma jirċevihiex sal-aħħar ta’ Awwissu hu mitlub jikkuntattjana fuq 21464317 jew sic.siggiewi.pr@gov.mt. 

Biex taqraw iċ-ċirkulari fid-dettall tistgħu tagħfsu hawn: Is-Sena Skolastika 2014/2015

Grazzi.

P Decelis

Kap tal-iskola

Read Full Post »