Feeds:
Posts
Comments

Archive for May, 2019

Għadna kemm ippubblikajna l-kalendarju ta’ Ġunju Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Read Full Post »

Ħin tas-Sajf

Għeżież Ġenituri

Minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Ġunju nibdew in-nofstanhari.  Dan ifisser li l-iskola tibda fit-8.15am.  Il-qanpiena ddoqq fit-8.10 u jinfetħu l-bibien biex it-tfal jinġabru ġol-bitħa.  It-tfal tal-kinder jidħlu fil-foyer sat-8.30am u jingħalqu l-bibien. L-iskola tispiċċa f’11.45 għat-tfal tal-kinder u f’12.00 għat-tfal tal-primarja.

Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom.

N. Saliba

Read Full Post »

Proġett ta’ Etwinning – The Little Music STEAMers.
F’dan il-proġett, il-klassi tagħna ħadet sehem ma’ żewġ skejjel mill-Greċja, skola mir-Rumanija, l-Italja u t-Turkija. F’dan il-proġett, it-tfal ħadmu fuq STEAM (Science, Technology, Engineering, Arts and Mathematics).
It-tfal f’kull skola introduċew lilhom infushom permezz ta’ tpinġijiet u ritratti. Wara, t-tfal kellhom l-opportunita’ jaqsmu tradizzjonijiet Maltin fosthom żifnu l-Maltija u kantaw xi innijiet bil-Malti. Raw wkoll żfin u tradizzjonijiet tal-pajjiżi l-oħra.
 
Bħala proġetti, it-tfal kellhom joħolqu strumenti mużikali flimkien u joħolqu mużika flimkien (Agħfas fuq il-links t’hawn isfel biex tara vidjows qosra ta’ dan.). Permezz tal-etwinning, it-tfal qasmu l-attivitajiet tagħhom ma’ tfal f’pajjiżi oħra u kellhom ċans jaraw ix-xogħol ta’ tfal oħra. Saru wkoll esperimenti li jinvolvu l-mużika u t-teknoloġija. Fl-aħħar, inħolqot diska waħda li fiha kull klassi minn kull pajjiż li ħadet sehem, irrikordjat il-lirika bil-lingwa tagħha. B’hekk t-tfal semgħu diska waħda b’ ħafna lingwi differenti.
 
Permezz ta’ dan il-proġett, t-tfal żviluppaw il-ħiliet tagħhom fix- xjenza, it-teknoloġija u l-mużika. Kellhom ċans jiskopru u jagħrfu tradizzjonijiet differenti minn pajjiżi differenti u ħadmu flimkien għal għan wieħed.
Ms Francesca

Read Full Post »

L-iskola Primarja Siġġiewi ngħatat il-Gold Award bħala Book Champion School għat-tielet sena konsekuttiva.  Dan l-award ġie mogħti lill-iskola mill-Aġenzija tal-Litteriżmu għall-impenn sħiħ tal-iskola fil-qasam tal-qari, speċjalment għall-mod ta’ kif nippromwovu l-qari permezz ta’ attivitajiet diversi fosthom il-Library Week.
 
N. Saliba

Read Full Post »

Read Full Post »

Siġar

Bħalma forsi tiftakru, fil-bidu ta’ din is-sena skolastika konna organizzajna Green Day.  Matulha, it-tfal kollha tal-iskola kienu żergħu żerriegħa ta’ siġar indiġeni ġo kartun tal-ħalib.  Aħna bqajna nsaqquhom u nindukrawhom.  Dawn li qed taraw fir-ritratti huwa r-riżultat li kellna. B’kollox għandna 43 siġra u arbuxell.  L-aktar li ħadu kienu s-siġar tal-Ħarrub.  Imma għandna wkoll diversi Siġar ta’ Ġuda, Ċipress, Alaternu u Qarn il-Mogħża.
Issa nkomplu niedu ħsiebhom fix-xhur sħan u xotti tas-sajf, biex f’Ottubru nħawluhom fil-ħamrija.
R. Peresso

Read Full Post »

Older Posts »