Feeds:
Posts
Comments

Archive for January, 2013

Għadna kemm għamilna aġġornament żgħir fil-Kalendarju ta’ Frar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

N.B. Il-ġenituri tal-kinder 2 huma avżati jagħtu każ tal-bidla fit-13 u 18 ta’ Frar.

Read Full Post »

Għadna kemm aġġornajna l-Kalendarju ta’ Frar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Għeżież ġenituri

1. Laqgħa għall-ġenituri: Kif ngħinu lil uliedna fil-Matematika. Infakkrukom li għada l-Ħamis 31 ta’ Jannar 2013 fis-1pm ser issir laqgħa għall-ġenituri tal-primarja dwar kif tgħin lil uliedek bi strateġiji ta’ ikkalkular. Il-ġenituri tal-Kinder li jixtiequ jattendu jistgħu jagħmlu dan. Inħeġġukom tattendu għall-ġid ta’ uliedkom. Dħul mill-bieb tas-sala.
2. Inħeġġukom ukoll tattendu għall-ħarġa interessanti li qed jorganizzaw il-ġenituri tal-Kunsill fiil-5 ta’ Frar.
3. Nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Frar 2013 l-iskola tispiċċa f’nofsinhar. Peress li ser ikollna attivita’ tal-karnival, it-tfal jistgħu jiġu lebsin kostum jew ilbies casual.
4. Il-11 u 12 ta’ Frar huma vaganzi tal-karnival.
5. Eżamijiet ta’ nofs is-sena: 19, 20, 21 ta’ Frar. 22 ta’ Frar: Reliġjon għas-6 sena biss. Aktar dettalji f’ċirkolari oħra.

Grazzi
P Decelis
Kap tal-iskola

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Ser tiġi organizzata attivita` għall-ġenituri nhar it-Tlieta 5 ta’ Frar ġewwa l-Conrithia Palace Hotel Atheneum Spa, Ħ’Attard.  Din ser tikkonsisti f’warming up session, zumba/pilates, aqua aerobics, talk dwar Nutrition and Health. Jingħataw xi refreshments. Tridu tiġu bil-malja tal-għawm. Min ma jixtieqx  jagħmel l-eżerċizzju magħna jista’ jagħmel użu mill-iSpa.

Nitilqu mill-iskola fid-9am min-naħa tas-segretarja. Il-prezz huwa ta €13 u tistgħu tibbukkjaw mal-ġenituri tal-kunsill skolastiku sa nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Frar bit-telefon 99404324, bl-e-mail annabelle.grech@gmail.com, borgdiana@hotmail.com  jew tista’ wkoll tingħaqad mal-grupp fuq facebook bl-isem ta’ Kulleġġ San Injazju Primarja Siggiewi – Parents Circle u tiktibilna hemmhekk.

Grazzi

Diana Borg

Annabelle Grech

Simon Scicluna

Read Full Post »

Nixtieq inħabbar l-ismijiet tat-tfal li ġew eletti fl-elezzjoni li kellna l-Ħamis 24 ta’ Jannar 2013.

Year 3:

Ms Bezzina: Nathan Darmanin

Ms Sammut: Courtney Saliba

Ms Bonello: Kelsey Abela

Year 4:

Ms Chircop: Marlena Abela

Ms Gafa’: Claire Pace

Ms Sultana: Zven Camilleri

Year 5:

Ms Baldacchino: Yana May Cilia

Ms Camilleri: Luke Heraghty

Ms Ciappara: Greta Micallef

Year 6:

Ms Borg Degiorgio: Domenique Aquilina

Mr Muscat: Nicole Schembri

Ms Agius Silvio: Manwel Cherrett

Nixtieq nieħu din l-opportunita’ sabiex f’isem it-tfal kollha nirringrazzja lill-membri tal-kunsill li kellna matul is-sena 2012 tax-xogħol sieqi li wettqu. Iktar ritratti u vidjos ser jittellgħu iktar ‘l quddiem.

Grazzi

Ms C Chircop

Link Teacher għall-kunsill tal-istudenti

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Illum 23 ta’ Jannar 2013, it-tfal kollha tal-Primarja tas-Siġġiewi li ħarġu bħala kandidati issejħu ħdejn l-uffiċċju tal-kap sabiex ikunu xhieda u jaraw demonstrazzjoni ta’ kif isir is-siġill fuq il-kaxxi tal-voti. Din saret mill-kap tal-iskola bl-għajnuna tal-assistenti kapijiet u tal-Link Teacher Ms Chircop.

Read Full Post »

Matul din il-ġimgħa t-tfal li kkontestaw sabiex isiru membri fil-Kunsill tal-Istudenti kellhom l-opportunita’ sabiex iħeġġu lil sħabhom u jgħidu għalfejn se jikkontestaw fl-elezzjoni u x’bi ħsiebhom jissuġġerixxu jew jagħmlu jekk kemm-il darba jiġu eletti permezz ta’ posters u ċarts kif jidher hawn taħt. Iktar dettalji dwar l-elezzjoni u ismijiet tat-tfal li ġew eletti jingħataw iżjed ‘l quddiem.

Ms C Chircop

Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

Read Full Post »

Older Posts »