Feeds:
Posts
Comments

Archive for July, 2015

Dear parents

1. I hope all is well and that our pupils are enjoying their break. Please encourage them to read a book. Take them to the library regularly.

2. I would like to thank you for your continuous co-operation in the past years…and I now leave Siggiewi Primary in the hands of the new Head of School:

Ms Natalie Saliba, the ex-Assistant Head at our school.

I  am sure that, together with her three new Assistant Heads (Ms Sandra Abela, Ms Iren Mizzi and Mr Randolph Peresso), she will work hard to keep the high standards at Siggiewi Primary. Good luck.

3. Attached please find the SCHOOL CALENDAR FOR SCHOLASTIC YEAR 2015/6.

Obviously a lot of activities will be added, but I guess this will help you plan well in advance.

Take care.

Patrick Decelis

Read Full Post »

Please note that we have added a section to this website about next scholastic year’s action plans. These form part of Our School Development Plan  SDP 2015/6.

P. Decelis

Read Full Post »

Is-sena skolastika 2014-5 issa spiċċat.

Nixtiequ nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni kontinwa tagħkom.

Aktar kmieni tlabnikom timlew kwestjonarju dwar l-iskola.

Grazzi talli għoġobkom twieġbu f’numru tant kbir (aktar minn 230 familja).

Qed intellgħu ir-riżultat sabiex kulħadd ikun jaf x’kien ir-rispons ġenerali. Tista’ tara r-riżultat f’forma ta’ numri, persentaġġi jew graphs.

Jidher biċ-ċar kemm intom tapprezzaw il-ħidma li ssir minn kulħadd.

Mingħajr l-għajnuna tagħkom dawn ir-riżultati ma jkunux possibbli.

Grazzi mill-qalb u nixtiqilkom is-sajf it-tajjeb.

P Decelis
Kap tal-iskola

Read Full Post »

Huwa fatt magħruf li fis-sajf ħafna tfal u studenti, l-aktar dawk li jgħixu f’ambjenti soċjoekonomiċi mwiegħra, jinsew jew ma jibqgħux iħaddmu xi ħiliet u kisbiet mit-tagħlim li jkunu akkwistaw tul is-sena skolastika. Ir-riċerka turi li l-qari jista’ jgħin lill-istudenti jżommu u jibqgħu jinqdew bil- ħiliet u l-kisbiet mit-tagħlim li jkunu kisbu matul is-sena. Għal dan il-għan, dan is-sajf, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qiegħed iniedi l-kampanja Aqra fis-Sajf biex iħeġġeġ lill-istudenti kollha jaqraw kemm jifilħu. Din il-kampanja qiegħda ssir bi sħab bejn l-Aġenzija Nazzjonali tal- Litteriżmu, il-Fondazzjoni tas-Servizzi Edukattivi, l-entità Libreriji Maltin u d-Direttorati tal- Edukazzjoni.

Biex il-kampanja tkun suċċess, l-istudenti jrid ikollhom il-kotba f’idejhom jew ikollhom aċċess għall-kotba. Għaldaqstant saru l-arranġamenti meħtieġa biex fis-sajf xi libreriji pubbliċi u tal-iskejjel iżidu l-ħinijiet tal-ftuħ tagħhom. Se jsiru wkoll attivitajiet ta’ qari għall-gost għat-tfal u l-ġenituri/kustodji tagħhom waqt Skolasajf u fil-libreriji bis-sehem tal-programmi tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, Aqra Miegħi/Read with Me, Seħer l-Istejjer/The Magic of Stories u L- Ambaxxaturi tal-Qari.

Ir-riċerka turi li:

  • L-istudenti li jaqraw fis-sajf imorru aħjar fl-iskola.
  • L-istudenti li ma jaqrawx fis-sajf jitilfu l-benefiċċji ta’ daqs xahrejn tagħlim li jkunu ħadu mill-

    iskola.

  • L-istudenti li jieħdu gost jaqraw imorru aħjar fl-iskola minn dawk li ma jiħdux.
  • L-istudenti li jagħżlu huma x’kotba jaqraw, jaqraw ħafna aktar kotba minn sħabhom.
  • Huwa rrakkomandat li t-tfal u l-istudenti jaqraw tal-anqas 5 kotba fis-sajf.
  • L-istudenti li tul is-snin tal-edukazzjoni primarja tagħhom ma jmissux ktieb bi jdejhom fis-sajf,

    sal-aħħar tal-primarja jaqgħu lura b’sentejn fit-tagħlim ħdejn sħabhom li jaqraw.

    Fid-dawl ta’ dan kollu nistiednu lill-iskejjel u l-edukaturi biex jgħaddu dawn il-linji gwida lill- ġenituri/kustodji tat-tfal u l-istudenti.

Il-Kampanja Aqra fis-Sajf Linji gwida għall-ġenituri/kustodji tal-istudenti biex jiżdied il-qari fis-sajf:

  • Isħqu ma’ wliedkom kemm hu importanti li fis-sajf jaqraw.
  • Tkellmu fuq il-qari bħala attività ta’ gost.
  • Lit-tfal agħtuhom lista ta’ kotba tal-qari xierqa għalihom.
  • Waqt il-ġurnata għandu jkun hemm ħin li fih it-tfal ma jkunux jistgħu jilagħbu logħob diġitali

    u/jew jaraw it-televiżjoni ħalli hekk jitħajru jaqraw.

  • Uru lil uliedkom kif għandhom jaqraw billi fost oħrajn taqrawlhom.
  • Ħudu lil uliedkom għal xi programm tal-qari għall-gost li se jsiru waqt Skolasajf jew fil-libreriji

    pubbliċi.

  • Ħudu regolarment lil uliedkom f’xi librerija pubblika u ħeġġuhom jissellfu l-kotba.
  • Saqsu lil uliedkom u ddiskutu magħhom il-kotba li jkunu qraw.
  • Aqraw il-kotba lil u/jew ma’ wliedkom.
  • Isimgħu lil uliedkom jaqrawlkom il-kotba jew jirrakkontawhomlkom.
  • Araw liema hu l-awtur jew serje ta’ kotba għal qalb uliedkom u aqrawhom kollha.
  • Intom u tivvjaġġaw jew issiefru, isimgħu ktieb jew stejjer jinqraw fuq diska kompatta, ipod,

    tablet, radju, eċċ.

  • L-għażla tal-kotba li jkunu se jaqraw it-tfal/l-istudenti għandha ssir minnhom stess.
  • Fid-djar għandu jkun hemm materjal bħal kotba u rivisti xierqa li t-tfal jistgħu jaqraw.

    Hawn taħt għandkom issibu listi ta’ kotba bil-Malti tajbin għat-tfal u l-istudenti li l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu tissuġġerixxi lill-ġenituri/kustodji, il-qraba u l-edukaturi.

    Se jkunu qegħdin jitilgħu aġġornamenti fuq il-kampanja Aqra fis-Sajf fil-paġna tal-facebook: https://www.facebook.com/pages/Aqra-fis- Sajf/837027316364775?skip_nax_wizard=true&ref_type=pages_you_admin

    Grazzi tal-kollaborazzjoni,

    Gaetano Bugeja
    Direttur,

    Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu

  • DCM 146 – Lista Addizzjonali 2015
  • DCM 146 – Lista ta’ Kotba tal-Malti approvata 11-16-il sena 2015
  • DCM 146 – Lista ta’ Kotba tal-Qari Supplimentar 2014

Read Full Post »