Feeds:
Posts
Comments

Archive for February, 2018

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Marzu. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Tfakkira

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar il-Ġimgħa 2 ta’ Marzu hija Parents’ Day għat-tfal kollha tal-kinder u primarja.  Dakinhar it-tfal ma jkollhomx skola.  Nitolbukom li tiġu fil-ħin tal-appuntament mogħti lilkom mill-għalliema.

Grazzi

N Saliba

Read Full Post »

Ilma Esibizzjoni

ilma flyer 3

Read Full Post »

Food Bank

Rev. Kim Hurst, bagħtet kartolina u nota ta’ ringrazzjament lill-iskola bħala apprezzament għad-donazzjoni ta’ ikel li bgħatna lill-Food Bank.  Grazzi lil kull min ta sehmu f’din l-inizjattiva.

Read Full Post »

The Ministry for Education and Employment in conjunction with Pjazza Teatru Rjal is very proud to present a series of cultural evenings at the Green Room of Pjazza Teatru Rjal in Valletta, titledIljieli fit-Teatru.
 
The first of these evenings is going to be held on Monday 12th February, 2018 at 19.30hrs-20:30hrs and will be called Karnival ta’ Lwien. This is going to be an evening dedicated especially to children’s literature and music and will be animated by Ms Audrey Friggieri and Ms Gisele Grima (piano). Children (particularly those between 6 and 10 years of age) are invited to attend, wearing their carnival costume. Since the seating is limited, booking is on a first come first served basis.  Parents and children are to book by Friday 9th February by sending an email to: admin@pjazzateatrurjal.com
 

Read Full Post »

Player tal-Football għamel żball kbir li tellef lit-team tiegħu logħba importanti taċ-Championship. Kien qed jiddefendi l-lasta meta ra l-ballun ġej b’mod perikoluż ħafna qrib il-lasta. Għola kemm felaħ biex jilħqu b’rasu. Il-ballun laħqu, kieku, imma d-daqqa ta’ ras li tah marritlu fid-direzzjoni l-ħażina u flok żvija l-ballun, daħħlu dritt fil-lasta tiegħu stess. Il-goaler baqa’ ċċassat lejn il-ballun u s-supporters riedu jiżbranawh, povru player. Beda jirċievi ħafna ittri u emails minn partitarji rrabjati għalih biex jattakkawh u anke saħansitra wħud li għeddewh li joqtluh.

Owen, tifel ta’ seba’ snin u li huwa supporter kbir ta’ dan it-team ukoll ħassu frustrat u rrabjat għall-iżball li għamel dan il-player. Infaqa’ jibki u waqt li beda jolfoq, lil missieru qallu: ‘Imma… kif jista’ jkun jagħmel żball bħal dak?’

Missieru biex jipprova jikkalmah qallu: ‘Jekk inti qed tħossok daqshekk dispjaċut, aħseb u ara hu, miskin, min jaf kif qed iħossu?’

Owen waqaf u wara li ħaseb ftit staqsa ’l missieru: ‘Nista’ niktiblu ittra ħalli jħossu aħjar?’ L-ittra kienet tghid hekk:

“Għażiż goaler,

Għadna kemm rajna l-logħba. Jiddispjaċini għalik imma ridt ngħidlek illi kellek staġun tajjeb ħafna. Għandek tkun kburi, u għalhekk nixtieq nirringrazzjak. Kulħadd jista’ jieħu żball. Jien l-aqwa ammiratur tiegħek.”

Daqsxejn ta’ kelma tajba f’waqtha ta’ missier bidlet il-biki, rabja u frustrazzjoni ta’ ibnu f’sentiment ta’ ħniena. Ġagħlitu jħoss għall-goaler, flok jibqa’ rrabjat għalih.

Kull weġgħa tal-ħajja ġġib magħha reazzjoni ta’ rabja f’qalbna. Imma kull weġgħa tal-ħajja tista’ tkun pont biex nagħrfu xi jħoss min hu mweġġa’ bħalna. Liema waħda se nagħżlu – ir-rabja jew il-ħniena?

Owen tgħallem din il-lezzjoni meta kellu seba’ snin. U int, li qed taqra dan, kemm-il sena għandek?

L-għalliema tal-PSCD.

Read Full Post »