Feeds:
Posts
Comments

Archive for December, 2017

Ser issir żifna mill-ommijiet waqt il-programm tal-Karnival li ġej. Rehearsals jibdew nhar l-Erbgħa 10 ta’ Jannar 2018 fis-7:30am fis-sala tal-iskola.

Ejja u ħu gost iżfen. Narawk!

Read Full Post »

Awguri

Għeżież Ġenituri

F’isem l-istaff kollu tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi nixtieq il-Miied it-tajjeb u sena ġdida mimlija risq lilkom u lill-familji tagħkom.

Awguri

N. Saliba

Read Full Post »

Wirja ta’ Presepji

Wirja ta Presepji

Read Full Post »

Food for Charity

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ minn qalbna nirringrazzjawkom tad-donazzjonijiet ta’ ikel li irċevejna mingħandkom.  Ċertament li dan l-ikel se jitgawda minn nies li verament qegħdin fil-bżonn.

Grazzi

N. Saliba

IMG_3803

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Jannar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Fil-bidu, meta d-dinja kienet għadha vojta, it-tfal kienu kollha fil-ġenna, ferħanin, jilagħbu flimkien, igawdu s-sabiħ kollu li wieħed jista’ jimmaġina! Jum fost l-oħrajn, il-Mulej ġabarhom madwaru u qalilhom: “Ara, id-dinja li għadni kemm ħlaqt għadha vojta u battala. Kont beħsiebni nibgħatkom fiha biex timlewha bil-preżenza, bil-ferħ u bl-innoċenza tagħkom!”

Xi tfal qalulu: “Immorru, iżda rridu nieħdu magħna l-mużika u l-għana li hawn fil-ġenna, għax kif nistgħu ngħixu mingħajr mużika?” U l-Mulej ħalaq l-għasafar!

Tfal oħra qalulu: “Immorru, iżda rridu nieħdu magħna l-kuluri li hawn fil-ġenna, għax kif nistgħu ngħixu f’dinja kulur wieħed, aħna mdorrijin bil-varjetà?” U l-Mulej ħalaq il-ward!

Kien hemm tfal oħra li qalulu: “Aħna nixtiequ nieħdu magħna l-wisa’ u l-blu tas-sema, għax kif nistgħu ngħixu mingħajr dan is-sens ta’ libertà?” U l-Mulej ħalaq il-baħar!

Imbagħad, daqsxejn ta’ tifel, timidu u mistħi ħafna, refa’ sebgħu biex jitkellem u jagħmel is-suġġeriment tiegħu. Qallu: “Mulej, jekk tridni mmur fid-dinja, ikolli mmur, ma nistax ma nobdikx, imma, jekk jogħġbok, ħaġa waħda nitolbok… Ejja miegħi int! Għax kif nista’ ngħix mingħajrek?”

Alla ħares lejn iċ-ċkejken, għannqu miegħu u qallu: “Bil-qalb kollha.” U dakinhar il-Mulej ħalaq l-ewwel Milied.

Minn qalbna nawgurawlkom il-Milied it-tajjeb!

L-għalliema tal-PSCD

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Il-kunċert tal-Milied ser isir nhar il-Ħamis 21 ta’ Diċembru fid-9am.  Dakinhar intom mistiedna tiġu taraw il-kunċert kollu.  Nitolbukom li ġġibu magħkom il-biljett għall-entratura.  Għat-tfal kollha dakinhar tkun ġurnata normali, jiġifieri l-iskola tispiċċa fis-2.15pm għat-tfal tal-kinder u fis-2.30pm għat-tfal tal-primarja.  Nitolbukom tikkoperaw magħna għas-sigurta’ tat-tfal.  Se jkun provdut is-servizz ta’ fotografu. Nixtieq infakkarkom ukoll fid-Data Protection Act.

Grazzi

N. Saliba

Read Full Post »

Older Posts »