Feeds:
Posts
Comments

Archive for February, 2014

LAST REMINDER

All parents are invited for tomorrow’s meeting about PARENTING SKILLS which will be held at Guze’ Delia Hall, Siggiewi Primary at 6pm.

Read Full Post »

Ser tiġi organizzata laqgħa interessanti għall-ġenituri kollha dwar it-trobbija tal-ulied. Din ser issir fis-Sala Ġuże Delia fl-iskola tas-Siġġiewi nhar il-Ħamis 27 ta’ Frar 2014 fis-6pm.

Ser ikunu mistiedna żewġ residenti ta’ San Blas biex jaqsmu magħna l-esperjenza tagħhom.

Inħeġġukom tattendu.

Mr P Decelis

Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Wieħed raġel kien qiegħed jillostra l-karozza tiegħu meta nduna li ibnu, ta’ erba’ snin, kien qed jobroxlu n-naħa l-oħra b’ġebla. Kif ra hekk, tant intilef bir-rabja li qabad id it-tifel u beda jagħtiha kemm jiflaħ mingħajr ma nduna li f’idu kellu spanner.

Dal-povru tifel, naturalment, spiċċa l-isptar u tilef subajh kollha daqskemm kellu ksur. Meta ra lil missieru, it-tifel staqsieh bid-dmugħ f’għajnejh, ‘Pa, issa meta ser jerġgħu jikbruli subajja?’ Il-missier tant qasmitlu qalbu din il-mistoqsija li ħareġ mill-isptar, mar ħdejn il-karozza u beda jagħtiha bis-sieq kemm jiflaħ.

Kif kien f’dik id-dagħdigħa lemaħ il-brix li kien għamel it-tifel. Kien giref dawn il-kelmiet: ‘INĦOBBOK, PA.’

Ir-rabja u l-imħabba m’għandhomx qies. L-imħabba ġġib ferħ bla qies. Ir-rabja ġġib tbatija bla qies.

Il-problema tad-dinja tal-lum hi li qed nużaw lin-nies u nħobbu l-affarijiet, flok inħobbu n-nies u nużaw l-affarijiet. Ftakar dejjem li l-affarijiet qegħdin hemm biex nużawhom imma n-nies biex inħobbuhom.

Biex jirnexxilek tagħmel dan, trid tikkontrolla lilek innifsek. Jekk ma toqgħodx attent l-iċken ħsieb isir destin. Dak li naħsbu, xi darba se ngħiduh. Dak li ngħidu, xi darba se nagħmluh. Dak li nagħmlu, xi darba se jsir drawwa. Id-drawwiet tagħna jibnu l-karattru tagħna. U, fl-aħħar mill-aħħar, il-karattru jiddeċiedi d-destin tagħna.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSD)

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri,

Ser tiġi organizzata ħarġa ġewwa l-Imdina. Ser inżuru l-Katidral ta’ San Pawl, il-Mużew tal-Katidral u Wirja f’Palazzo De Piro. Wara ser ikollna coffee morning ġewwa Palazzo De Piro (menu: goat cheese and sundried tomato focaccia, bacon/tomato/lettuce sandwich, mini pastizzi, white chocolate brownie and carrot cake). Ikun hemm ukoll logħob tat-tombla.

Data: 25 ta’ Frar 2014

Ħin: Nitilqu fid-9:00am minn ħdejn is-segretarja.

Prezz: €13.50 (li jinkludi t-trasport, id-dħul għal-wirjiet, coffee morning u tifkira tal-okkażjoni)

Kull biljett irid jinżamm għal-lotterija.

Biljetti mingħand il-ġenituri tal-kunsill: Diana Borg 79978257, Annabelle Grech 99866019, Christine Scicluna 99404324 jew mingħand is-segretarja mhux aktar tard mil-21 ta’ Frar 2014.

Read Full Post »

Ilbieraħ saret l-ewwel laqgħa tal-Kunsill tal-Istudenti għal din is-sena. Ġie diskuss l-importanza tax-xogħol tagħhom, ġew diskussi r-regoli ta’ mġieba kif ukoll ġew deċiżi r-rwoli fil-kunsill fosthom dawk tal-president, viċi president, segretarju, teżorier u PRO. Dawn il-membri ser jibqgħu fil-karigi tagħhom sal-aħħar tas-sena skolastika.

Il-karigi ġew mqassma b’dan il-mod:

Yana May Cilia – President

Mason Grech – Segretarju

Luke Heragthy – Viċi President

Shanise Farrugia – Viċi Segretarja

Martina Catania – PRO

Tiziana Magri – Kaxxiera

Marlena Abela – Noticeboard

Ramon Psaila u Kelsey Abela – Kaxxa tas-Suġġerimenti

Carrick Saliba – Osservatur

Kyle Borg – Osservatur

John Sant Portanier– Osservatur

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

FES Storytelling Sessions

storytelling 1

storytelling 2

Read Full Post »

Illum, il-Ħamis 21 ta’ Frar, tqassmu ċ-ċertifikati ta’ parteċipazzjoni lill-membri tal-Kunsill tal-Istudenti għax-xogħol siwi li għamlu bejn Jannar u Diċembru 2013.

OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA

OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Illum il-membri l-ġodda wegħdu quddiem kulħadd li bħala rappreżentanti tal-kunsill tal-istudenti ser jagħmlu mill-aħjar li jistgħu għall-ġid ta sħabhom u tal-iskola matul is-sena 2014.

L-ismijiet tat-tfal li ġew eletti fl-elezzjoni li kellna it-Tnejn 27 ta’ Jannar 2014.

Year 3

John Sant Portanier (Ms Sammut)

Kyle Borg (Ms Bonello)

Carrick Saliba (Ms Bezzina)

Year 4

Ramon Psaila (Ms Sultana)

Kelsey Abela (Ms Chircop)

Mason Grech (Ms Camilleri Cauchi)

Year 5

Shanise Farrugia (Ms Camilleri)

Marlena Abela (Ms Ciappara)

Tiziana Magri (Ms Baldacchino)

Year 6

Yana May Cilia (Ms Richard) – Secretary

Luke Heraghty ( Ms Borg Degiorgio)

Martina Catania ( Ms Agius Silvio)

Nixtieq nieħu din l-opportunita’ sabiex f’isem it-tfal kollha nirringrazzja lill-membri tal-kunsill li kellna matul is-sena 2013 tax-xogħol sieqi li wettqu. Iktar ritratti u vidjos ser jittellgħu iktar ‘l quddiem.

Grazzi

Ms C Chircop

Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA OLYMPUS DIGITAL CAMERA

Read Full Post »