Feeds:
Posts
Comments

Archive for November, 2019

Shadow Colour Pavilion

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-kalendarju ta’ Diċembru Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

We have just published the December Calendar. You can access it in the calendar page.

Ms N. Saliba

Read Full Post »

Dinja Waħda

It-Tlieta, 26 ta’ Novembru, l-iskola tagħna kienet mistiedna għall-Awards ta’ Dinja Waħda.  Kienet ġurnata sabiħa, wara ħafna jiem ta’ xita.  Jien, Mr. Peresso, Laura u Kyle tlaqna lejn l-Esplora biex nattendu għal dan l-avveniment.  Hemmhekk kellmuna dwar il-proġetti u s-suċċessi tal-Bird Life kif ukoll tawna ċans induru u nesploraw il-post.  Konna wkoll kburin tal-iskola tagħna meta ħabbru li minn kważi 100 skola li ħadu sehem fil-proġett ta’ Dinja Waħda, aħna ġejna fit-tieni post.  Dan wara li s-sena l-oħra, kull klassi għamlet attivita’.  Għal kull attivita’ ħadna l-punti li ngħaqdu flimkien u bihom ikkompetejna ma’ skejjel oħra.  Grazzi kbira tmur lill-għalliema u LSEs li għamlu dawn l-attivitajiet fil-klassi mat-tfal.
Ms. Sephorah

Read Full Post »

Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Diċembru  l-edukaturi kollha għandhom COPE training session u b’hekk it-tfal m’għandhomx skola.
Nhar it-Tnejn 16 ta’ Diċembru l-edukaturi kollha għandhom laqgħa dwar il-Pjan tal-Iżvilupp tal-Iskola wara nofsinhar, b’hekk l-iskola tispiċċa f’11.45 għat-tfal tal-kinder u f’12.00 għat-tfal tal-primarja.
Grazzi
N Saliba
On Wednesday 4th December all the educators have a COPE training session, therefore there will be no school for children.
On Monday 16th December all educators have a  SDP meeting in the afternoon, therefore school will finish at 11.45 for kinder pupils and at noon for the primary pupils.
Thanks
N Saliba

Read Full Post »

Nhar it-Tnejn 11 ta’ Novembru u nhar it-Tlieta 12 ta’ Novembru saru laqgħat għall-ġenituri tal- kinder 1.  Waqt il-laqgħa, l-għalliema tal-litteriżmu tkellmu dwar x’jistgħu jagħmlu l-ġenituri  biex jippreparaw ‘l uliedhom  għall-qari  u l-kitba.  L-għalliema tkellmu fuq kemm hu importanti li l-ġenituri jaqraw stejjer lit-tfal, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.  Saħqu   fuq kemm hu importanti li jitkellmu ma’ uliedhom kuljum u jinvolvuhom fix-xogħol tad-dar. Kemm hu importanti li nħallu t-tfal jagħmlu l-affarijiet huma u mhux isibu kollox lest.  Ingħataw ideat ta’ logħob li jistgħu jagħmlu d-dar mat-tfal.  Għal dan il-logħob jintużaw oġġetti ta’ kuljum li ssib fid-dar fosthom labar tal-inxir, tappijiet tal-fliexken tal-ilma, lazzijiet, sponoż, pinzetti, pom poms, passatur u play dough.
Wara il-laqgħa, it-tfal flimkien mal-ġenituri, kellhom workshop fejn it-tfal setgħu jilagħbu u jipprattikaw dak li ntqal waqt il-laqgħa.  Kien hemm għaxar imwejjed b’attivitajiet differenti u t-tfal kollha kellhom opportunita’ li jilagħbu l-logħob kollu.
Ritianne Giordmaina
Literacy Support Teacher
St. Ignatius College

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Book Fair

Read Full Post »

Parents’ Afternoon

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li nhar l-Erbgħa 27 ta’ Novembru għandkom appuntament biex tkellmu lill-għalliema ta’ uliedkom.  Nitolbukom li tkunu fil-qosor minħabba li l-ħin hu limitat ħafna. Tfal li jiġu mal-ġenituri għandhom joqogħdu mal-ġenituri u ma jagħmlux storbju jew ikun hawn xi ġiri fl-iskola.

Fis-sala ser ikun hawn għaddejja l-fiera tal-kotba minfejn tistgħu tixtru xi kotba interessanti.

Grazzi

N Saliba

Dear Parents

A gentle reminder that on Wednesday 27th February, you have an appointment with your child’s teacher during parents’ afternoon. we ask you to keep the appointment and be brief since time is limited. Children who accompany their parents to school have to stay with their parents and they should not be allowed to roam round the school.

A book fair will be organised in the school hall during parents’ afternoon and you can purchase interesting books on the day.

Thank You

N Saliba

Read Full Post »

Olive Pressing

On Wednesday 30th October, we together with some other members of the EkoSkola committee went to a farm in Siggiewi for an olive pressing experience. The people in charge of the place showed us how to make olive oil by using machinery to press olives. The process of how the machines work was explained to us. Then they gave us some olive oil to taste. They also told us that if we put two different types of oil on a plate, the oil which is best will push the other one back. We really enjoyed this outing and would love to go again!

Jake Azzopardi and Kyle Caruana

EkoSkola committee members

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Dyslexia Seminar

Is-Servizz tal-SpLD jixtieq jistieden ġenituri ta’ studenti li għandhom id-dyslexia għal seminar li se jsir kif ġej:

Data: Il-Ġimgħa, 22 ta’ Novembru 2019
Ħin: 9.30am – 12.30pm
Post: Sala Parrokkjali Ħ’Attard (viċin il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard)
Tema tas-seminar: Dyslexia: Inħarsu ’l quddiem

Matul dan is-seminar il-kelliema se jiddiskutu l-isfidi li kellhom jiffaċċjaw bħala ġenituri u d-diversi strateġiji li użaw biex uliedhom kellhom esperjenza edukattiva pożittiva li ’l quddiem issarrfet f’suċċess. Se jkun hemm ukoll studenti li se jaqsmu l-opininjonijet tagħhom fuq dak li ħadem għalihom. Dawk preżenti se jkollhom l-opportunità li jiddiskutu, jagħmlu mistoqsijiet u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ ħaddieħor.
Kull min huwa interesssat li jattendi huwa mitlub iċempel fuq in-numru 21234965 jew jibgħat ittra elettronika fuq spldservice.mede@gov.mt.

Grazzi tal-kooperazzjoni.

The Specific Learning Difficulties Service would like to invite parents of students with dyslexia to a seminar which will take place as follows:

Date: Friday, 22nd November 2019
Time: 9.30am – 12.30pm
Venue: Attard Parish Centre (near Attard Parish Church)
Title of seminar: Dyslexia: Moving Forward

During this Seminar speakers will discuss the challenges they faced as young parents and the various strategies they used to enable their children to have positive educational experiences and later success. Older students will be invited to share their views on what worked for them. Participants will also be given the opportunity to discuss, to ask questions and to share their concerns and positive experiences.
Those interested are kindly asked to phone on 21234965 to book a place or send an email to spldservice.mede@gov.mt.

Thank you for your cooperation.

Read Full Post »

Avviż mill-Arċipriet

Fl-okkażżjoni tal-festa ta’ Sant’Injazju li ċċelebrajna fl-iskola, fix-xahar ta’ Ottubru, tqassmu santi ta’ qaddisin żgħażaġħ mill-arċipriet Fr Josef Mifsud. Fuq wara ta’ dawn is-santi kien hemm numru miktub. Ittella’ numru bix-xorti u n-numru li tela’ kien 107. Min għandu din is-santa bin-numru 107 fuq wara hu mitlub li jikkuntattja lill-arċipriet sabiex jingħata premju.

Read Full Post »

Older Posts »