Feeds:
Posts
Comments

Archive for January, 2014

Il-Kalendarju ta’ Frar 2014

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Frar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Dear KINDERGARTEN parents,

We had already informed you about school being on Half Day (Kinder and Primary) on Friday 28th February because of an SDP meeting for staff.

Please take note that school will be on HALF DAY also (Kindergarten Section ONLY) on Thursday 13th March 2014 because of a  Professional Development session for Kindergarten staff.

Thanks and regards
P Decelis

Read Full Post »

X’SE JISTAQSIK?

Bdejna sena ġdida. U l-ġdid dejjem iġib miegħu tama ġdida u xewqat ġodda. Ma’ kull sena ġdida kulħadd jagħti ħarsa lura u oħra ‘l quddiem. Kulħadd isaqsi: kif għextha li għaddiet? Kif nixtieq ngħixha din li ġejja? Kulħadd jixtieq li din is-sena tkun waħda TAJBA! – almenu tkun waħda aħjar minn dik ta qabilha.

Il-vera mistoqsija hija: xi jfisser li jkollok SENA TAJBA?

Forsi tajjeb li flok nagħmlu l-mistoqsija aħna nħallu lil Dak li tana l-ħajja jagħmlilna l-mistoqsija! Imma hu jsaqsi mistoqsijiet xi ftit differenti minn tagħna. Jekk tagħraf x’mhux se jsaqsik, forsi tagħraf dak li se jsaqsik.

Henjin dawk li jisimgħu l-mistoqsijiet veri li jagħmel Alla. U mberkin aktar dawk li din is-sena jagħrfu jweġbuhom.

Aħseb ftit fuq dawn il-mistoqsijiet u ddeċiedi kif tixtieq twieġeb.

Awguri għas-sena l-ġdida!

  1. Alla mhux ser isaqsik x’karozza kellek jew kont issuq; se jsaqsik lil kemm nies qdejt bil-karozza tiegħek.
  2. Alla mhux ser isaqsik kemm kienet kbira d-dar li kellek; se jsaqsik kemm ilqajt nies ġewwa darek.
  3. Alla mhux ser isaqsik xi ħwejjeġ kellek fil-gwardarobba; se jsaqsik lil kemm nies tajt l-ilbies li kienu jeħtieġu.
  4. Alla mhux ser isaqsik kemm kien l-ogħla salarju li qlajt; se jsaqsik kemm kont onest biex qlajtu.
  5. Alla mhux ser isaqsik x’kien ix-xogħol li kellek; se jsaqsik jekk għamiltux bl-imħabba.
  6. Alla mhux ser isaqsik kemm kellek ħbieb; se jsaqsik ta’ kemm nies kont tassew ħabib.

Tislijiet,

Doreen Aquilina

Marie-Claire Sammut

(Għalliema tal-PSD)

Read Full Post »

Matul din il-ġimgħa t-tfal li kkontestaw sabiex isiru membri fil-Kunsill tal-Istudenti kellhom l-opportunita’ sabiex iħeġġu lil sħabhom u jgħidu għalfejn se jikkontestaw fl-elezzjoni. Huma qalu x’bi ħsiebhom jissuġġerixxu jew jagħmlu jekk kemm-il darba jiġu eletti permezz ta’ posters u ċarts kif jidher hawn taħt. Iktar dettalji dwar l-elezzjoni u ismijiet tat-tfal li ġew eletti jingħataw iżjed ‘l quddiem.

Ms C Chircop

Link Teacher għall-Kunsill tal-Istudenti

Read Full Post »

Nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar 2014, it-tfal kollha tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi li ħarġu bħala kandidati issejħu fis-sala tal-iskola sabiex ikunu xhieda u jaraw demonstrazzjoni ta’ kif isir is-siġill fuq il-kaxxi tal-voti. Din saret mill-kap tal-iskola s-Sur Decelis bl-għajnuna tal-assistenti kapijiet.

Read Full Post »

Nixtiequ infakkrukom fil-laqgħa ta’ għada dwar it-tagħlim tal-Phonics għall-ġenituri li għandhom it-tfal fl-ewwel sena tal-Primarja. Il-laqgħa tibda fid-9.00am u ddum madwar siegħa. Din il-laqgħa ser issir mill-għalliema tat-tfal tagħkom fil-klassi tagħhom stess. Huwa importanti li żżommu mas-suġġett tal-laqgħa minħabba li l-ħin hu limitat.

Dħul minn Triq Hal Niklusi.
 
Il-kors tal-Parenting Skills li kellu jibda nhar il-Ħamis 16 ta’ Jannar, ser jibda nhar il-Ħamis 23 ta’ Jannar fis-6pm.

Read Full Post »

1. Ser issir Familiarisation and Orientation Meeting għall-ġenituri kollha tat-tfal tas-sitt sena l-Ġimgħa 24 ta’ Jannar mid-9:30 sal-11:30 fl-iskola Sekondarja Bniet il-Ħandaq.

2. Ser issir Transition Meeting għall-ġenituri kollha tat-tfal tas-sitt sena mill-Counsellor Ms. Carmen Galea l-Ħamis 30 ta’ Jannar fid-9:00 fl-iskola Primarja Siġġiewi. Dħul minn Triq Dr. N. Zammit.

Read Full Post »

Older Posts »