Feeds:
Posts
Comments

Archive for May, 2018

Nhar it-Tnejn, 28 ta’ Mejju, kellna żjara mill-Arċisqof Charles Scicluna.  L-istudenti tagħna kellhom iċ-ċans jistaqsu mistoqsijiet lill-Eċċellenza Tiegħu.  Wara Mons. Scicluna kellu laqgħa mal-ħaddiema kollha tal-iskola.  Kienet żjara qasira imma li apprezzajna ferm.

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom li minn nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Ġunju l-iskola tibda fit-8.15 u tispiċċa f’12.00 għat-tfal tal-primarja kollha.

It-tfal tal-kinder jidħlu sat-8.30am u jingħalaq il-bieb.  F’11.45am jibdew ħerġin it-tfal tal-kinder biex f’12.00 joħorġu tal-primarja.

Grazzi

N Saliba

Read Full Post »

SuperT

Għal sena oħra l-klassijiet mit-tielet sas-sitt sena, ħadu sehem fil-logħba SuperT. Fl-aħħar l-istudenti kkompetew kontra xulxin sakemm spiċċajna b’żewġ finalisti minn kull sena. Dawn tal-aħħar ikkompetew ma’ ħafna studenti oħra internazzjonalment u bi pjaċir nistgħu ngħidu li morna veru tajjeb. L-istudenti tagħna ġew bejn id-59 u t-313 il-post minn għexieren t’eluf ta’ studenti minn madwar id-dinja kollha.  

image1

Read Full Post »

Dear all,

This is to inform you that Skolasajf applications will be open one more time for children’s applications. The second call will be open between 28 May and 3 June (both days included) and will be open online on  https://services.fes.gov.mt  and also through Maltapost. The centres listed below will be opening. The highlighted centres are the amalgamated centres and service will be offered from the first listed centre (e.g. Gzira/ Msida – service from Gzira). Transport will be provided for the amalgamated centres. Deadline is 3 June 18. Deadline for College Principal endorsed Scheme 9 applications forms are to reach FES Head Office via the College Principal office on 31 May.

Please feel free to get in touch if there are any queries.

College

Centre

Maria Regina College

St. Paul’s Bay

Mellieha

Gharghur

Mosta (A and B)

Naxxar

Burmarrad

St Clare College

Gzira/Msida

Pembroke

San Gwann

Sliema

St. Julians

San Miguel Resource Centre

St Margaret College

Cospicua / Sengela

Xghajra/Kalkara

Zabbar A

Zabbar B

St Benedict College

Birzebbugia

Ghaxaq

Gudja

Mqabba

Qrendi

Safi/Kirkop

Zurrieq

Hellen Keller Resource Centre

St Nicholas College

Attard

Dingli

Mgarr

Rabat A/Mtarfa

Rabat B/Mtarfa

Gozo College

Ghajnsielem

Zebbug/Gharb/San Lawrenz

Kercem

Nadur/Qala

Sannat/Sannat Unit

Xewkija

Victoria

Xaghra

St Ignatius College

Luqa

Siggiewi

Zebbug

Qormi San Gorg

Qormi San Bastjan

San Gorg Preca College

Floriana

Hamrun

Marsa

Paola

Pieta

Valletta

Guardian Angel Resource Centre

St Thomas More College

Fgura (A and B)

Marsascala

Marsaxlokk

Tarxien

Zejtun

St Theresa College

Birkikara

Lija/Balzan/Iklin

Santa Venera

Kind regards

 

Corinne Vella

Manager, Services

Foundation for Educational Services

Read Full Post »

Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Mejju, ġew l-iskola tagħna numru ta’ atleti tal-Karate.  Dawn għamlu special assembly għall-istudenti li qegħdin fl-ewwel sas-sitt sena.  Matulha it-tfal tagħna setgħu jitgħallmu ftit mossi bażiċi tal-Karate.  Imma tgħallmu wkoll li l-Karate mhux sempliċiment ġlied, imma fuq kollox huwa still ta’ ħajja mibni fuq dixxiplina kbira, kontroll tal-emozzjonijiet, rispett lejn ħaddieħor u konċentrazzjoni massima.  Din l-attività kienet biss waħda minn kullana ta’ attivitijiet sportivi li jservu diversi skopijiet, fosthom:
  • jgħinuna nagħmlu l-ambjent skolastiku aktar pjaċevoli;
  • nesponu lit-tfal għal tipi differenti ta’ sport;
  • u nsawru valuri ċiviċi f’uliedna, għal persuni u soċjetà aħjar.

    This slideshow requires JavaScript.

     

Read Full Post »

Nhar it-Tnejn, 21 ta’ Mejju, bosta tfal marru d-dar b’togħma aktar ħelwa u bnina minn tas-soltu. Il-Kunsill tal-Istudenti organizza Fun Fruit Day.  L-għan prinċipali ta’ din l-attività kien biex issa li beda l-istaġun tal-frott inħajru aktar tfal jieklu l-frott. Għaldaqstant dakinhar it-tfal setgħu jixtru smoothie magħmul minn frott u ħalib frisk.  B’kollox kien hemm madwar 470 tifel u tifla li ħadu smoothie, għaldaqstant nistgħu ngħidu li din l-attivita’ kienet suċċess kbir.  Nixtiequ nirringrazzjaw lil numru sabiħ ta’ ġenituri li ħadmu qatigħ fil-preparamenti u t-tqassim ta’ dawn l-ismoothies kollha.  Mingħajrhom din l-attività, bħal ħafna attivitajiet oħra, ma kinitx tkun possibbli.

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

APPLIKAZZJONIJIET Skola Sajf XjenzaManija
EtàMinn 8 snin magħluqa u mhux ikbar minn 12-il sena u 11-il xahar magħluqa sat-2 ta’ Lulju 2018. Applikazzjonijiet għal tfal li huma iżgħar jew akbar mhux se jkunu aċċettati.
Perjodu: 6 ġimgħat mit-2 ta’ Lulju sa l-10 ta’ Awwissu
Dawk interessanti għandhom japplikaw kif ġej:
It-Tnejn 28 sal-Erbgħa 30 ta’ Mejju – Ser jiġu aċċettati BISS applikanti mill-Kottonera, iġifieri Isla, Bormla u Birgu. Postijiet huma limitati. Ser jiġu aċċettati massimu ta’ 40. 
Il-Ħamis 31 ta’ Mejju sal-Ġimgħa l-1 ta’ Ġunju – Ser jiġu aċċettati applikanti mill-kumplament tal-lokalitajiet biex jimlew il-kumplament tal-postijiet offruti. Postijiet huma limitati. Ser jiġu aċċettati massimu ta’ 20.
Ġenituri/gwardjani għandhom igibu magħhom il-karta tal-identità tagħhom u ċċertifikat tat-twelid tat-tfal li jkunu se jattendu. Mhux se jkunu aċċettati applikazzjonijiet mingħajr dawn id-dokumenti.
Ħlas: Parteċipanti mill-Kottonera – 100 (sussidjat)
          Parteċipanti minn barra l-Kottonera – €200           
Formula tal-applikazzjoni mehmuża.

Read Full Post »

Older Posts »