Feeds:
Posts
Comments

Archive for January, 2019

Infakkrukom li l-elezzjoni se ssir bejn l-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2019 u t-Tnejn, 4 ta’ Frar 2019. L-elezzjoni din is-sena se ssir onlajn. It-tifel/tifla tiegħek ġab/ġabet kodiċi mill-iskola. Il-kodiċi għandu tliet ittri u tliet numri. Biex tivvota trid tidħol fis-sit schoolcouncilelections.edu.mt, iddaħħal il-kodiċi li ġab/ġabet it-tifel/tifla tiegħek u tagħfas il-buttuna: Kompli. Fil-pront tinfetaħ paġna oħra bl-ismijiet tal-kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni fl-iskola tat-tifel/tifla tiegħek. Tista’ tagħżel mhux aktar minn tliet kandidati. Tista’ tuża kompjuter, tablet, smartphone jew tmur l-iskola nhar il-Ħamis, il-Ġimgħa jew it-Tnejn (31 ta’ Jannar, 1 u 4 ta’ Frar) bejn id-9.00 a.m. u s-1.30 p.m. u tuża kompjuter tal-iskola. Ikun hemm persuna biex tgħinek tivvota imma importanti li jkollok il-kodiċi miegħek biex tkun tista’ tivvota.

Il-ġenituri li tistgħu tivvotaw għalihom huma:

Borg Diana

Farrugia Vanessa

Pace Christabelle

Scicluna Simon

Inħeġġukom biex tivvutaw.

Grazzi

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Il-Kalendarju ta’ Frar

Għadna kemm ippubblikajna l-kalendarju ta’ Frar. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Sports Day

Nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Jannar saret l-isports day għat-tfal tal-primarja kollha fil-Basketball Pavilion Ta’ Qali.  Din kienet ġurnata mimlija logħob għat-tfal. Minbarra logħob differenti kien hemm ukoll żfin.  It-tfal kollha ngħataw midalja bħala tifkira tal-parteċipazzjoni tagħhom f’din l-attività.  Il-ġenituri kienu mistiedna u dawn ħadu sehem attiv fiż-żfin. Il-ġenituri u l-għalliema ukoll ipparteċipaw permezz ta’ żewġ logħbiet: tug of war u relay, fejn ikkompetew kontra xulxin! Filfatt din is-sena kienu l-ġenituri li rebħu fiż-żewġ logħbiet!

Grazzi kbira tmur għas-Sur Alan Ellul, Steve Schembri u Jean Claude Dimech, għalliema tal-Edukazzjoni Fiżika, tal-għajnuna biex ittellgħet din l-attività.

Anthony Caruana

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

L-elezzjoni sejra ssir bejn l-Ħamis, 31 ta’ Jannar 2019 u t-Tnejn, 4 ta’ Frar 2019. L-elezzjoni din is-sena sejra ssir onlajn. It-tifel/tifla tiegħek ġab/ġabet kodiċi mill-iskola. Il-kodiċi għandu tliet ittri u tliet numri. Biex tivvota trid tidħol fis-sit schoolcouncilelections.edu.mt, iddaħħal il-kodiċi li ġab/ġabet it-tifel/tifla tiegħek u tagħfas il-buttuna: Kompli. Fil-pront tinfetaħ paġna oħra bl-ismijiet tal-kandidati li qed jikkontestaw l-elezzjoni fl-iskola tat-tifel/tifla tiegħek. Tista’ tagħżel mhux aktar minn tliet kandidati. Tista’ tuża kompjuter, tablet, smartphone jew tmur l-iskola nhar il-Ħamis, il-Ġimgħa jew it-Tnejn (31 ta’ Jannar, 1 u 4 ta’ Frar) bejn id-9.00 a.m. u s-1.30 p.m. u tuża kompjuter tal-iskola. Ikun hemm persuna biex tgħinek tivvota imma importanti li jkollok il-kodiċi miegħek biex tkun tista’ tivvota.

Il-ġenituri li tistgħu tivvotaw għalihom huma:

Borg Diana

Farrugia Vanessa

Pace Christabelle

Scicluna Simon

Inħeġġukom biex tivvutaw.

Grazzi

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Imagine waking up to find that the neighbours you have known all your life, now walk past you without stopping, now forbid their children from playing with you. Imagine that you have done nothing wrong, yet you are to be punished nonetheless and no one will stand by you.

This Sunday, the 27th of January is Holocaust Memorial Day. The Holocaust was a terrible time in human history. It happened leading up to and during World War II, when Germany was trying to conquer the rest of Europe. Germany was led by a man named Adolf Hitler. Hitler did not like Jewish people and blamed them for Germany losing the First World War in 1918.  He decided that in order to make the world better, he needed to get rid of the Jewish people and many other races of people that he didn’t think were worthy.

 

6 million Jews, including children, were persecuted by the Nazis because of who they were and what they believed in.  They were stripped off their right to speak, to have their own home, to work, to attend school and instead of their name they were given a number. What should be learned from this experience? It is the duty of our generation to have solidarity with the weak, the persecuted, the poor, the lonely and the sick. In our cities, towns and villages wherever we live, there are other people around us.  These people have different backgrounds, occupations and lives.  We need to respect these different communities so that we all live a better life.

 

The children of our class Year 5.1 tried to pass this message  to the whole school during a special assembly. In class we had a very mature discussion on this sensitive topic where the children asked a lot of questions and empathised with the people who were forced to live through these cruel experiences of the Holocaust.

 

The question that still remains … How did Hitler manage to convince millions of people to follow along blindly and not fight back? Let us stop history from repeating itself.

Ms.Daniela and Ms.Priscilla Year 5.1

Read Full Post »

This year, Malta Dairy Products Ltd. has teamed up with Samuel Farrugia who wrote a story with the title “Percy’s milk Shop” which has been featured in Benna’s 2019 calendar. The calendar was also designed in-house to complement Samuel’s story. A copy of this calendar has already been distributed to each classroom in all schools around Malta and Gozo.

However MDP wishes to take this a step further by giving the possibility to the general public to purchase a copy of the calendar for 3.99 euro and part of the proceeds will go to Samuel’s chosen entity – The Malta Community Chest Fund. Anyone interested in purchasing this unique calendar with a beautiful story written by a 13-year old teenager who lost his eyesight back in 2013, is to send the money to the school secretary by Friday 25th January, so a school order may be placed.

Thank you

Read Full Post »

Żjara mis-Sur Preca

Nhar it-Tlieta 11 ta’ Diċembru, l-istudenti tal-iskola Primarja Siġġiewi kellhom żjara mis-Sur Preca. Għal din l-okkażjoni speċjali, it-tfal tal-kinder 1 żifnu u kantaw mad-diska This Little Light of Mine, filwaqt li t-tfal tas-sitt sena (Yr 6.2) ippreparaw play qasira dwar l-importanza li naħsbu f’ħaddieħor u nagħtu milli għandna. L-ispettaklu għalaq b’kanzunetta tal-Milied li kantaha Kurt Calleja. Is-Sur Preca kellem lit-tfal kollha u spjega l-importanza tal-Piggy Bank Campaign fl-iskejjel. Dawn il-flus imorru għall-Community Chest Fund fejn b’dawn il-flus miġbura, jiġu mgħejuna ħafna nies li jkollhom bżonn ħafna għajnuna speċjalment minħabba l-mard. Is-Sur Preca ppreżenta ktieb lit-tfal li tpoġġa fil-librerija tal-iskola. Min-naħa l-oħra s-Sur Preca ġie mogħti kaxxa li tirrappreżenta l-iskola. F’din il-kaxxa tpoġġew tliet friefet li jirrappreżentaw l-istudenti, l-istaff u l-ġenituri. Il-messaġġ hu li s-suċċess tal-iskola huwa possibbli biss permezz ta’ ħidma kontinwa bejn l-istudenti, l-istaff u l-ġenituri kollha.

Ms Natalie Saliba

This slideshow requires JavaScript.

 

Read Full Post »

Sports Day Programme

Read Full Post »

Is-somma totali miġbura waqt Santa’s Day kienet ta’ €500.  Dawn il-flus ingħataw lill-Piggy Bank Campaign bħala parti mill-kampanja L-Istrina organizzata mill-Community Chest Fund.

R. Peresso

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

L-ammont totali tal-ġabra għall-Ġurnata Missjunarja 2018 mill-iskola tagħna kienet ta’ €380.05.  Grazzi kbira lil kull min ta s-sehem tiegħu.  Aħna ċerti li  dawn il-flus, flimkien ma’ ta’ skejjel oħra, ser iservu ta’ ġid kbir ma’ familji foqra li huma fil-bżonn ferm aktar minna.

R. Peresso

Read Full Post »

Older Posts »