Feeds:
Posts
Comments

Archive for June, 2017

Fairtrade

Matul din is-sena il-kumitat tal-EkoSkola ħdimna biex inqajmu għarfien fuq il-Fairtrade mark.  Bdejna billi l-membri tal-kumitat fittixna fuq il-Fairtrade biex insiru nafu aktar.  Ingħaqadna wkoll ma’ organizazzjoni Maltija, Say It, li taħdem favur il-Fairtrade.  Rappreżentant ta’ Say It ġie l-iskola tagħna kemm-il darba.  Huwa kellu laqgħat mal-kumitat fejn kellna ċ-ċans insaqsuh il-mistoqsijiet tagħna u b’hekk iċċarajna ħafna affarijiet.  Kellu laqgħat ukoll mal-għalliema, LSAs u kindergarten assistants kif ukoll mal-ġenituri biex iqajjem aktar għarfien fuq il-Fairtrade.  Minbarra f’hekk il-kumitat tal-EkoSkola tellajna special assembly għat-tfal kollha tal-iskola fuq dan is-suġġett u organizzajna Rice Day.  Ir-ross li ntuża għal din l-attività kellu l-marka tal-Fairtrade u kull qliegħ li għamilna mar għall-Hospice Movement Malta.  B’kollox tajnihom €270.  Min-naħa tagħna inħeġġukom biex taraw il-vidjo qasir t’hawn taħt dwar il-Fairtrade, u nħeġġukom biex fejn tistgħu tixtru prodotti bil-marka tal-Fairtrade. B’hekk inkunu qed nagħmlu l-parti tagħna biex niżguraw li kulħadd jitħallas kemm ikun ħaqqu.

Read Full Post »

Read Full Post »

Fl-14 ta’ Ġunju saret ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet fl-iskola Primarja Siġġiewi tal-kompetizzjoni World Book Day. Is-Sur Mark Zammit mill-Aġenzija tal-Litteriżmu ta premjijiet lit-tfal kollha li ħadu sehem kif ukoll dawk li rebħu. It-tfal kollha li pparteċipaw imma ma rebħux ingħataw premju ta’ konsolazjoni li kien sett ta’ kotba għal kull tifel u tifla. Dawk il-klassijiet u tfal individwali li rebħu ingħataw ċertifikat u voucher li jissarraf f’kotba.

 

Ir-rebbieħa huma: Ms Antonia Aquilina                      KG 2.5  it-tielet

                                    Ms Nadia Sammut                        Yr 2.3  L-ewwel

                                    Ms Moira Darmanin                      Yr 2.2  it-tielet

                                    Ema Mallia                                       Yr 3.3  l-ewwel

                                    Amy Gauci                                        Yr 3.3 it-tieni

                                    Liam Falzon                                      Yr 4.1  it-tieni

                                    Kyra Grima                                       Yr 5.3  it-tielet

                                    Carrick Saliba                                  Yr 6.1  it-tielet

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Patrick, tifel ta’ seba’ snin, xtaq jagħmel xi ħaġa biex iferraħ lill-ġenituri tiegħu. Iddeċieda li jagħmlilhom kejk. X’għamel?

Darba qam kmieni ħafna u niżel fil-kċina biex jibda l-avventura tiegħu. Sab bieqja u mgħarfa tal-injam. Ressaq siġġu u tela’ fuqu biex iġib il-pakkett tad-dqiq. Tant kien tqil li waqgħalu fl-art. Kif seta’, ġabar id-dqiq li waqa’ fl-art u tefgħu fil-bieqja. Issa kellu bżonn il-ħalib u z-zokkor.

Bil-ħalib u z-zokkor fil-bieqja, Patrick beda jħawwadhom mad-dqiq. Malajr induna li kien imtela’ dqiq u zokkor. Kompla jħawwad għax vera xtaq li jagħti sorpriża lil ommu u lil missieru. Hekk kif lesta, fil-kċina daħal il-qattus li kellhom, li dritt mar lejn il-bieqja u beda jlaqqat minn ġo fiha. Meta rah, it-tifel mar biex ikeċċieh, iżda meta għamel hekk waqqa’ l-iskutella bil-bajd li kien hemm fuq il-‘cupboard’.

Meta ra kollox fl-art, Patrick ipprova jnaddaf malajr, iżda żelaq… u ġie bil-qegħda fuq dak iċ-ċaflis kollu. Kif kien fl-art, fil-bieb tal-kċina tfaċċa l-missier. It-tifel tbikkem, għax ra l-ħolma tiegħu tispiċċa ħażin, u stenna li jaqla’ għajta. Il-missier baqa’ jħares lejh għal ftit ħin. Patrick deher tassew diżappuntat. Imbagħad il-missier mexa fuq dak iċ-ċaflis kollu, refa’ t-tifel u għanqu miegħu għax missieru fehem ix-xewqa ta’ ibnu Patrick.

Fil-ħajja, nippruvaw nagħmlu xi ħaġa tajba, imma, mingħajr ma rridu, nispiċċaw ħażin. Meta jiġrilna hekk, forsi nħossuna telliefa u ma nkunu nistgħu naħsbu f’xejn iktar. Importanti li ma naqtgħux qalbna għax xi darba jirnexxielna u mbagħad nifirħu li konna ppruvajna.

Tislijiet,

L-Għalliema tal-PSCD

Read Full Post »

Summer Service letter

Read Full Post »