Feeds:
Posts
Comments

Archive for July, 2018

L-iskola tagħna għadha kemm ingħatat l-Etwinning School Label.  Din ingħatat minħabba li l-iskola tagħna ilha tieħu sehem f’din l-inizjattiva sa mill-bidu tagħha, fl-2005. Imma fuq kollox għaliex bosta mill-proġett preżentati mill-għalliema tal-iskola tagħna kienu ta’ kwalità għolja ħafna.
L-għanijiet tal-proġetti Etwinning huma diversi.  Fosthom:
  • li toffri pjattaforma lill-għalliema biex jikkollaboraw ma’ għalliema oħra minn madwar l-Ewropa;
  • li l-istudenti jesperjenzaw lezzjonijiet innovattivi;
  • li tagħti l-għodda lill-istudenti biex isiru ċittadini diġitali;
  • li tgħin lill-istudenti jirriflettu fuq kif jistgħu jitgħallmu – metacognition.

Randolph Peresso

Assistent Kap

20180707_083601.jpg

Read Full Post »

Sit tal-MEDE

Għeżież Ġenituri

Nixtieq niġbdilkom l-attenzjoni li s-sit tal-MEDE l-ġdid huwa nextyear.edu.mt.

Nixtieq ukoll nawguralkom is-Sajf it-tajjeb f’isem l-istaff kollu tal-iskola Primarja tas-Siġġiewi.

Grazzi

N. Saliba

Read Full Post »

Fl-aħħar jiem tal-iskola, il-Kunsill tal-Istudenti organizza Crazy Hair Day. L-għan prinċipali ta’ din l-attività kien li ngħalqu s-sena skolastika b’xi ħaġa li tnissell tbissima u tnaqqas xi ftit mit-tensjoni li, inevitabilment, l-eżamijiet iġibu magħhom.  Bħalma jixhdu r-ritratti t’hawn taħt, dan l-għan intlaħaq sew.  Nixtiequ ngħidu prosit lil kull min ħa sehem.  Il-kreatività ta’ ħafna ġenituri, tfal u għalliema kienet xi ħaġa li spikkat ferm.  Grazzi mill-qalb lill-Kunsill tal-Istudenti ta’ din l-idea sabiħa.

This slideshow requires JavaScript.

 

Read Full Post »