Feeds:
Posts
Comments

Archive for the ‘News’ Category

Ma’ sebħ il-jum tas-Sibt, 14 t’Ottubru, konna ġa fi triqtna lejn il-gzira ġara – Sqallija. Wasalna hemm għal xi t-8 ta’ filgħodu. It-temp ma setax kien isbah. Sema ikħal, b’xi żewġ sħabiet bojod tajjar jiżfnu maż-żiffa ħelwa li kienet tinħass kultant ħin.

L-ewwel postijiet li żorna kienu propju l-fabbriki tal-pasti Sqallin u dik taż-żejt taż-żebbuġa. Tgħallimna dwar il-proċess ta’ kif jinħadmu dawn iż-żewġ prodotti u wara ma naqasx li nduqu minn dik il-manna. M’hemmx xi ngħidu – niżlulna għasel! Minn hemm tlaqna lejn Scicli – belt antika imżejna b’għadd ta’ knejjes Barokki. Fost oħrajn żorna l-knisja ta’ San Bartolomew, fejn barra l-kapulavur arkittettorjali stajna nammiraw pittura ta’ Mattia Preti, l-istess pittur li pitter l-affreski fil-Kon Katidral ta’ San Gwann fil-belt Valletta.

Wara ikla bnina bi platti tipiċi Sqallin, ma naqasx li mmorru ftit shopping ukoll. Tista’ tgħid ħadd ma ħareġ idu f’idu. Xi wħud kienu mgħobbijin iżjed minn oħrajn.

Il-ġurnata għaddiet bħal ħolma. Tassew ħadna gost u fiċ-ċert li kulħadd mar lura d-dar b’ħafna memorji sbieħ.

received_1500417733329245

Read Full Post »

Parents Meetings BM 2018 Colleges

End of Primary Benchmark 2018 Parents' Meetings

Read Full Post »

Matul is-sena skolastika li għaddiet il-klassijiet tat-tielet sena ħadu sehem fi proġett tal- eTwinning li kien jismu ‘This is where I come from’. It-tfal kellhom iċ-ċans jaqsmu informazzjoni dwar ir-raħal tagħhom ma’ tfal minn skejjel oħra permezz ta’ għodda teknoloġiċi differenti. Fl-aħħar ikkomunikaw permezz ta’ Skype u ħadu gost jistaqsu mistoqsijiet dwar l-irħula lil xulxin. Dan il-proġett ġie mogħti l- Quality Label u l-istudenti ġew mogħtija ċertifikat kull wieħed.

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Teachers’ Day

Read Full Post »

Read Full Post »

Il-Kalendarju għas-sena skolastika 2017 – 2018  tistgħu tarawh billi tagħfsu hawn.

Id-dati huma tentattivi u jistgħu jinbidlu skont il-bżonn.

Grazzi

Ms N Saliba

Read Full Post »

Illum, il-kumitat tal-EkoSkola ta donazzjoni ta’ €270 lil rappreżentanti ta’ Hospice Malta.  Dawn il-flus inġabru waqt ir-Rice Day li saret aktar kmieni dan ix-xahar.

Kumitat tal-EkoSkola

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Older Posts »