Feeds:
Posts
Comments

Archive for October, 2012

Għadna kemm aġġornajna l-Kalendarju ta’ Novembru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Fun Run

Din is-sena l-Fun Run tal-President se ssir fit-2 ta’ Diċembru.  Bħas-sena l-oħra, l-iskola ser tieħu sehem f’din il-mixja.  Permezz ta’ dan, l-iskola trawwem fl-istudenti sens ta’ solidarjetà u nħeġġuhom jieħdu sehem attiv f’okkażżjonijiet nazzjonali.  Inħeġġukom biex flimkien mal-familji tagħkom tieħdu sehem magħna f’din il-mixja. Din tieħu minn Santa Venera sal-Belt Valletta.

Kull min jixtieq jipparteċipa għandu jimla l-applikazzjoni li ssibu għand is-segretarja tal-iskola u fiha tindikaw il-qies tal-flokk li jingħata lill-parteċipanti u jekk hux ser tużaw trasport mill-iskola u lura.  Il-ħlas ta’ €10 kull persuna isir ukoll l-iskola.

Read Full Post »

On the 10th of October, the Catch the Drop campaign 2012/2013 was launched at Siġġiewi Primary in the presence of the Hon. George Pullicino, Minister for Resources and Rural Affairs.  The activity started with a video illustrating the importance of saving water.  The school choir then performed the official Catch the Drop song.  The activity followed with a presentation on the Fawwara Aqueduct by two pupils of the school whilst another two  talked about techniques for saving water.   Minister Pullicino presented Year 1 and Year 2 children with books and HSBC representatives presented the school with extra sets of books.  Also present was Harvey, the mascot of the campaign.  Mr Decelis, Head of School, was presented with a memento and concluded the activity with a speech.

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Għal darb’oħra, l-iskola ser terġa’ torganizza l-borża ta’ San Martin.  Din tant kienet ta’ suċċess is-sena li għaddiet, li ħafna ġenituri talbuna biex nerġgħu nagħmluha.

Kif tistgħu tifhmu, din titlob spejjeż u xogħol li l-iskola weħidha ma tistax tagħmilhom.  Għalhekk nistedinkom biex min jixtieq li wliedu jingħataw il-borża, hu ġentilment mitlub iħallas €4 sal-Erbgħa 31 ta’ Ottubru.  Ma jiġux aċċettati ordinjiet wara din id-data.

Jekk jogħġobkom erġgħu rritornaw il-borża lura wara li tkunu lesti minnha.  Din terġa’ tintuża għas-sena ta’ wara.

Ġenituri Kunsill Skolastiku

Read Full Post »

Darba waħda fuq gżira kienu joqogħdu flimkien l-emozzjonijiet.  Kien hemm l-Ferħ, id-Dwejjaq, l-Għerf u anki l-Imħabba.  Ġara li darba tawhom l-aħbar li l-gżira kienet ser tegħreq.  Bdew il-preparazzjonijiet sabiex jaħarbu.  L-emozzjonijiet kollha kellhom dgħajsa biex jitilqu… minbarra l-Imħabba.

L-Imħabba baqgħet tittama sal-aħħar.  Baqgħet hemm sa ma kważi l-gżira kienet għerqet kompletament.  Meta rat li ma kienx hemm iktar x’tagħmel, talbet l-għajnuna.

Iltaqgħet mar-Rikkezza u qaltilha “Rikkezza tista’ ttellgħani fid-dgħajsa miegħek?”

Iżda r-Rikkezza qaltilha “Jiddispjaċini imma m’hawnx post għalik.  Għandi ħafna deheb, flus u fided” u baqgħet sejra.

Fil-pront rat lill-Vanita’ għaddejja fid-dgħajsa sabiħa tagħha u staqsietha “Vanita’ tista’ ttellgħani fid-dgħajsa miegħek?”

“Jiddispjaċini, imma jekk titla’ xxarabli kollox u wisq nibża’ li nagħmel il-ħsara lid-dgħajsa sabiħa tiegħi” weġbitha pronta l-Vanita’.

Ftit wara rat għaddejja lid-Dwejjaq u l-Imħabba staqsietha “Dwejjaq tista’ ttellgħani fid-dgħajsa miegħek?”.

“Jiddispjaċini għażiża Imħabba imma tant għandi dwejjaq u tant għandi qalbi maqsuma li għandi bżonn noqgħod ftit waħdi” u baqgħet sejra.

L-Imħabba ma qatgħetx qalbha u hekk kif rat lill-Ferħ għaddejja bdiet tgħajjat u twerżaq, iżda l-Ferħ tant kienet mitlufa fil-ferħ tagħha li anqas biss semgħet l-għajjat tal-Imħabba u baqgħet sejra qisu qatt ma kien xejn.

F’daqqa waħda l-Imħabba semgħet vuċi anzjana ssejħilha “Ejja Imħabba ejja.  Trid tiġi miegħi?”  U mingħajr ma ħasbitha darbtejn telgħet miegħu.

L-Imħabba tant kienet ferħana li fl-aħħar sabet lil xi ħadd li għenha li anqas biss staqsietu min kien.

Hekk kif kienu salvi, l-Imħabba ndunat li anqas biss kienet irringrazzjat lil dik il-vuċi anzjana.  Għalhekk b’kurżita’ kbira daret lejn l-Għerf li inzerta kien ħdejha wkoll u staqsietu “Dak li għenna min kien?”.

“Dak?” weġbiha l-Għerf.  “Dak ma kien ħadd ħlief iż-Żmien”.

“Iż-Żmien?” staqsiet iktar imħawda l-Imħabba.  “Dan għaliex iż-Żmien kellu jgħin propju lili, l-Imħabba?”

“Għax iż-Żmien biss jaf japprezza l-vera l-valur tal-Imħabba” weġibha fl-aħħar l-Għerf. 

 

Tislijiet,

Josette Attard

Elisa Delia

Doreen Aquilina

Claire Privitera

Għalliema tal-PSD – 2012/2013

Read Full Post »

Klabb Peprina

Klabb Peprina huwa fergħa riċenti minn Klabb Ħilti miftuħ fuq skala nazzjonali għal tfal minn Year 3 sa Year 6. L-għan tal-klabb huwa li t-tfal irawmu aktar il-kreattivita` filwaqt li jingħataw vuċi f’ambjent rilassanti u kompatibbli mat-tagħlim. Għal iżjed informazzjoni idħol hawn.

Read Full Post »

Klabb Kittieba Żgħar

The Malta Writing Programme within the Foundation for Educational Services is organising the highly requested ‘Young Writers Club’. For more information, please click here.

Read Full Post »

Older Posts »