Feeds:
Posts
Comments

Archive for June, 2013

Għeżież Ġenituri 

L-Uniformi tal-Year 1 ser tinbiegħ mill-iskola tas-Siġġiewi nhar il-Ġimgħa 19 ta’ Lulju 2013 bejn it-8.30am u nofsinhar.  Dħul mill-bieb tal-Foyer fi Triq l-Iskola.

Biex tara d-dettalji dwar l-uniformi tista’ tagħfas hawn jew ara taħt.

P Decelis

new uniform

Read Full Post »

To access Information Sheets re Slapped Cheek Syndrome click here.

Read Full Post »

Jiena Nathan Borg u għandi sitt snin.  Jien il-PRO tat-tim tal-Eko-Skola, fl-iskola primarja tas-Siġġiewi. Dan it-tim magħmul minn tnax-il tifel u tifla.  Aħna ġejna  magħżula  minn sħabna tal-klassi.  Niltaqgħu darba fil-gimgħa  biex niddiskutu kif nistgħu ntejbu l-ambjent ta’ madwarna u norganiżżaw xi attivitajiet.

Din is-sena qegħdin naħdmu  l-aktar fuq it-tema tal-volontarjat.  Organiżżajna attivitajiet varji li għandhom x’jaqsmu ma’ din it-tema. Stedinna grupp ta’ refuġjati biex nitgħallmu dwar pajjiżhom u t-tradizzjonijiet tagħhom. Fi żmien il-Milied, għamilna festin għall-anzjani tar-raħal. Organiżżajna  flimkien mal-‘Abandoned Animals Association’ numru ta’ mixjiet fejn ħriġna l-klieb ta’ din l-għaqda u ġbarnielhom il-flus.

L-aħħar attivita’ li organiżżajna kienet ‘Fun Walk’ mill-iskola tagħna għad-Dar tal-Providenza. F’din il-mixja ħadu sehem ġenituri, tfal tal-iskola, għalliema u anki qraba. Kienet attivita’ li tinvolvi ħafna xogħol iżda ħadna pjaċir ħafna waqt il-mixja. Barra minnhekk, irnexxielna niġbru elf ewro  għad-Dar tal-Providenza.  Nixtieq nirringrazzja lil kull min ta sehemu biex din il-mixja tkun suċċess. Aħna t-tfal ħadna ħafna esperjenzi ġodda bħal kif tgħin lil min hu fil-bżonn, kellna esperjenza ta’ riklamar fuq ir-radju u esperjenzi oħra li qabel qatt ma konna għamilniehom.

Nathan Borg (PRO)

Student tat-Tieni Sena.

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Slapped Cheek Syndrome

Bħal ħafna skejjel madwar Malta, fl-iskola tas-Siġġiewi għandna mill-inqas każ wieħed tas-Slapped Cheek Syndrome.

Fuq struzzjonjiet mill-Ministeru tal-Edukazzjoni nixtiequ navżawkom li:

  1. Tfal li jkunu qed ibatu minn din il-marda għandhom ikunu ċċertifikati mit-tabib.   L-iskola għandha tkun avżata u ċ-ċertifikat għandu jasal l-iskola  bħas-soltu.  Dawn ma għandhomx jattendu l-iskola ħalli l-marda ma tinxteridx.
  2. Meta jgħaddilhom, dawn iridu jġibu ċertifikat mingħand it-tabib li kollox ikun sew, u jġibu ċ-ċertifikat magħhom biex ikunu jistgħu jiġu aċċettati lura fl-iskola.
  3. Tfal ta’ nisa tqal ma għandhomx jattendu l-iskola għal ħmistax-il ġurnata, jiġifieri din il-ġimgħa u l-ġimgħa li ġejja, jekk ma jitfaċċawx każijiet ġodda. Aħna nżommukom infurmati.

Grazzi

P Decelis

Kap tal-iskola

Read Full Post »

invit

Agħfas fuq l-istampa biex tara l-programm.

Read Full Post »

talentaghna

Read Full Post »

Għeżież ġenituri u carers.  Wasalna fix-xahar ta’ Ġunju.  Dan ifisser li bilmod il-mod sena oħra skolastika qed tasal fi tmiemha.  Filwaqt li nawguraw lill-istudenti kollha li ser jagħmlu l-eżamijiet tal-aħħar tas-sena, nixtiequ minn issa nawgurawlkom ukoll Sajf sabiħ mimli mistrieħ.  Din ser tkun l-aħħar storja li ser naqsmu magħkom għal din is-sena pero b’tama li niltaqgħu s-sena d-dieħla.  Ħalli naraw naqra tazza ħalib x’tista’ qatt tfisser!

Kien hemm tifel fqir li biex ikun jista’ jkompli l-istudji tiegħu fl-iskola kellu jaħdem. Għalhekk kien idur bieb bieb ibigħ xi affarijiet u ġurnata wahda sab li kien għad fadallu biss 10ċ.  Dakinhar verament kien bil-ġuh u ddeċieda li fil-bieb li kien imiss iħabbat jitlobhom xi ħaġa tal-ikel.  Imma naqaslu l-kuraġġ u staħa meta il-bieb li ħabbat fetħitlu tfalja gustuża.  Minflok ikel talabha biss għal tazza ilma.  It-tfalja tħassritu meta ratu daqshekk bil-ġuh u wara ftit ġiet b’tazza kbira mimlija bil-ħalib.  It-tifel xorobha bilmod u x’ħin kien lest staqsieha, “Kemm għandi nagħtik ta’ din it-tazza ħalib?”  “M’għandek għalfejn tagħtini xejn, weġbitu hi, “Ommi għallmitni li mhux sew titħallas meta tgħin u tagħmel karita’ ma’ xi ħadd.”  Hu qalilha, “Nirringrazzjak minn qigħ qalbi!”

Hekk kif sellmilha u kompla miexi, Howard Kelly mhux biss ħassu b’saħħtu fiżikament peress li xorob dik it-tazza kbira ħalib, imma reġa’ rabba fiduċja f’Alla u li għad fadal nies b’qalbhom tajba.  Dan l-aħħar kien beda jaqta’ qalbu minn kollox u kien kważi ddeċieda li jieqaf jistudja.

Għaddew is-snin u dik t-tfajla mardet serjament.  It-tobba kollha li marret għandhom ma setgħux jifhmu x’għandha u b’hekk bagħtuha fi isptar ikbar fiċ-ċentru tal-belt, fejn kien hemm speċjalisti biex jistudjaw il-marda rari tagħha bit-tama li jsibu kura għaliha! Dr. Howard Kelly ġie mgħajjat għall-konsulta. Meta sema’ l-isem tar-raħal minn fejn kienet ġejja din il-pazjenta donnu ftakar f’xi ħaġa.  Mill-ewwel mar jiċċekja minn kienet din il-pazjenta u baqa’ sakemm sab is-sala li kienet fiha u daħal ħdejn din il-mara liebes il-ġagaga ta’ tabib speċjalista.  Għarafha fil-pront!  Issa kien ċert li kienet hi u reġa’ mar lura fil-kamra fejn kienet qed issir il-konsultazzjoni, determinat li ser jagħmel dak kollu possibli minnu biex isalvalha ħajjitha! U minn dakinhar beda jagħti attenzjoni speċjali lill-każ tagħha.

Wara taqbida kbira, kif jgħidu l-battalja ġiet mirbuħa.  Dr. Kelly talab li jinħareġ il-kont finali li kellha bżonn dik il-mara, u talab li qabel jagħtuh lilha jgħaddi għandu. Iċċekja li kollox kien sew u kiteb xi ħaġa fin-naħa ta’ isfel tal-kont.  Imbagħad ordna li l-kont jingħata lill-pazjenta li issa kienet fieqet. Min naħa tagħha dik il-mara kienet xi ftit inkwetata qabel tiftaħ il-kont għax kienet ċerta li żgur kienet ser tibqa’ tħallsu kemm iddum ħajja.  Kienet qed tistenna li tara kont għoli! Fl-aħħar għamlet il-qalb u fetħet il-kont u mill-ewwel ġibditilha l-attenzjoni nota miktuba isfel nett.  Il-mara bidet taqra hekk:

“Imħallsa b’tazza ħalib”

Iffirmatha, Dr. Howard Kelly

Tislijiet,

Josette Attard

Elisa Delia

Doreen Aquilina

Read Full Post »