Feeds:
Posts
Comments

Archive for October, 2016

Il-jum tant mistenni fl-aħħar kien wasal! M’għabex il-jum tas-Sibt, 22 t’ Ottubru konna qegħdin nivvjaġġaw lejn il-gżira sabiħa ta’ Sqallija. Bdejna l-mawra tagħna b’kolazzjon ħafif f’Pozzallo u minn hemm tlaqna Noto – belt Barokka b’numru sabiħ ta’ knejjes b’zuntieri għolja u mtarrġin. Minn hemm tlaqna lejn Marzamemi, villaġġ imiss mal-baħar u magħruf għas-sajd. Doqna ħafna ikel tipiku Sqalli u ma naqasx ix-xiri wkoll. Għal ħabta tas-sagħtejn morna nieklu ikla iklun kif jafu jservu l-Isqallin. M’għandnix xi ngħidu, kulħadd ħareġ żaqqu mimlija! Ma naqasx xi ftit xiri minn ċentru kummerċjali tal-lokal. Tlaqna lura lejn Malta mgħobbijin imma kuntenti.

Ms S Abela

Assistent Kap

20161022_120318

Read Full Post »

Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubu ġie mniedi l-proġett Rakkonti mill-Aġenzija tal-Litteriżmu appoġjat minn Banif Bank, ġewwa l-iskola Primarja Siġġiewi. Rakkonti huwa ġabra ta’ kotba bi ħrejjef bil-Malti miktuba u illustrati minn Trevor Zahra, b’kanzunetti miktuba minn Dominic Galea. Permezz ta’ Rakkonti l-istudenti se jkollhom għażla oħra ta’ kotba x’jaraw, filwaqt li jidħlu f’dinja ta’ immaġinazzjoni. Dawn il-kotba b’differenza qegħdin immirati biex ikattru l-ħiliet tal-lingwa u l-litteriżmu fost it-tfal u huma akkumpanjati minn żewġ pupazzi, Bertu u Bettina.

Ms N Saliba
Kap tal-Iskola

This slideshow requires JavaScript.

 

Read Full Post »

Nota Żgħira

Għeżież ġenituri

Jekk jogħġobkom, min biddel in-numru tat-telefown jew tal-mowbajl għandu jinforma lis-segretarja billi jibgħat e-mail fuq sic.siggiewi.pr@ilearn.edu.mt sa nhar l-Erbgħa 2 ta’ Novembru.

F’każ li m’għandkomx e-mail tistgħu ċċemplu l-iskola fuq 21 464 317.

Nirringrazzjawkom tal-koperazzjoni tagħkom.

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Novembru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Istrina 2016

For  more information follow poster here.

Read Full Post »

Poster Baħrija

Read Full Post »

Fit-18 ta’ Ottubru saret Special Assembly mit-tfal tal-klassi Year 6.3 sabiex infakkru l-memorja ta’ Dun Karm Psaila. Dun Karm Psaila huwa l-poeta nazzjonali u permezz ta’ din l-assembly, ingħatat informazzjoni lit-tfal kollha dwar il-ħajja ta’ Dun Karm Psaila u ssemmew xi xogħlijiet ta’ kitba importanti fosthom l-Innu Malti u l-Innu ta’ filgħodu li nkantaw kuljum – Reġa sebaħ ja Mulejja.

Ms N Saliba

Kap tal-Iskola

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

Older Posts »