Feeds:
Posts
Comments

Archive for April, 2015

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Mejju. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

Reminder: Fun Walk 2015

11075245_10152721038823321_4425839191624880391_n

Read Full Post »

Id-Dipartiment tax-Xjenza fil-Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Tas-Subien qiegħed jorganizza kompetizzjoni fotografika għall-istudenti kollha li jattendu fil-Kulleġġ. Biex l-istudenti jkunu jistgħu jipparteċipaw f’din il-kompetizzjoni, kull ma jridu jagħmlu hu li jieħdu ritratt jew ritratti li juri/u sitwazzjoni/jiet fejn qiegħed jintuża d-dawl jew t-teknoloġija li tuża d-dawl u jibgħatu r-ritratti fuq l- indirizz : xjenzaathandaq@gmail.com

L-istudenti kollha li jipparteċipaw ser jingħataw ċertifikat ta’ parteċipazzjoni u jkollhom ċans li jirbħu:

  • GoPro Hero Classic Camera (L-aħjar ritratt tas-Sekondarja).
  • Fuji Instax Mini 8 Instant Colour (L-aħjar ritratt tal-Primarja).

Ninkorraġġukom tipparteċipaw f’din l-attivita li hija miftuħa biss għall-istudenti tal-Kulleġġ San Injazju. Din l-attivita hija finanzjata mill-Uffiċju tal-Kummissjoni Ewropeja hawn Malta. Għal aktar informazzjoni dwar din l-attivita żuru http://www.light2015.org

Read Full Post »

On behalf of all students, staff and council I would like to show our appreciation for all the work done by parents in preparation for another successful Celebration Day. Moreover, Year 6 parents donated a frame with the students’ photo together with the sum of €330.  This sum will be spent to acquire more important resources and books.

Well done!

Patrick Decelis

Head of School

Read Full Post »

Buffet Breakfast

Għal Jum l-Omm ser norganizzaw buffet breakfast ġewwa l-Cavalieri Hotel.

Data:           Il-Ħamis 14 ta’ Mejju 2015

Ħin:             8.45am (minn ħdejn is-segretarja)

Post:           Cavalieri Hotel

Prezz:          €13

Biljetti jinbiegħu sa nhar it-Tnejn 10 ta’ Mejju mingħand il-ġenituri tal-Kunsill Skolastiku jew mingħand is-segretarja. Ħlas mal-booking.

Grazzi

Ġenituri Kunsill Skolastiku

Read Full Post »

OPEN DAY GĦALL-ĠENITURI

Ser issir OPEN DAY għall-ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola Primarja tas-Siġġiewi, nhar l-ERBGĦA 6 ta’ MEJJU 2015 bejn id-8.45am u nofsinhar. B’hekk tkunu tistgħu taraw il-proċess li minnu tgħaddi l-iskola f’ġurnata normali. Ovvjament il-klassijiet huma żgħar, jiġifieri mhux se tkun faċli li kulħadd jidħol u joqgħod komdu. Pero’ jiena ċert li kulħadd ser japprezza din l-opportunita` u x-xogħol li jsir.

Programm:

08:45 – 09:00:   Laqgħa fis-sala.

09:00 – 10:00:   L-ewwel sessjoni (Kinder fil-klassi;   Yrs 1,2,3 fil-klassi; Yrs 4,5,6 fil-bitħa)

10:10 – 10:45:   Brejk. Il-ġenituri kollha jinżlu fil-bitħa. Ser ikun hemm ftira u ilma għall-bejgħ.

10:45 – 11.45:   It-tieni sessjoni (Kinder fil-klassi; Yrs 1,2,3 fil-bitħa; Yrs 4,5,6 fil-klassi)

11.50 – 12:00:    Ħruġ tal-ġenituri u l-istudenti.

Tkaken mhux permessi minħabba l-grawnd. Intom imħeġġa tlibbsu l-brieret lil uliedkom minħabba l-attivita` fiżika fil-bitħa. L-iskola tispiċċa f’nofsinhar.

Grazzi. Narawkom nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Mejju. Dħul mill-foyer tas-sala fi Triq l-Iskola.

P Decelis

Kap tal-iskola

Read Full Post »

Quote of the week

MINOLTA DIGITAL CAMERA quote of the week 21

Read Full Post »

Older Posts »