F’kemm–il sillaba tinqasam il-kelma?
Li tkun kapaċi taqsam kelma f’sillabi hija ħila importanti li ‘l quddiem tgħin lit-tfal fil-qari u fil-kitba.
Din hija logħba sempliċi li tgħin lit-tfal isaħħu din il-ħila.
Għal din il-logħba għandkom bżonn
- Strixxa bin-numri minn wieħed sa erbgħa (din tista’ issir billi taqta’ biċċa karta jew taqta’ biċċa kartuna minn kaxxa taċ-ċereali).
- Oġġetti jew stampi ta’ kliem differenti (wieħed jista’ juża stampi differenti maqtugħin minn rivisti jew oġġetti li ssibu madwar id-dar).
- ‘Marker’ biex tiktbu n-numri.
It-tfal jibdew billi jgħidu l-kelma (jew tal-oġġett li jkunu sabu jew tal-istampa) u wara jaqsmu din il-kelma f’sillabi biċ-ċapċip.
Wara t-tfal iwaħħlu labra mal-karta għal kull sillaba li fiha l-kelma.
Għal min jixtieq il-‘cards’ proprja jista’ jniżżilhom minn fuq dan is-sit:
https://www.themeasuredmom.com/fun-syllable-count-activity/
Ms Jessica
K 2.5
Leave a comment