Feeds:
Posts
Comments

Archive for April, 2016

To view circular click here.

Read Full Post »

Kwestjonarju Ġenituri

Infakkrukom fil-kwestjonarju għal din is-sena. Inħeġġu lil kulħadd biex jipparteċipa ħalli b’hekk inkunu nistgħu nibnu fuq it-tajjeb li għandna u ntejbu fejn hemm bżonn li nagħmlu aħjar.

Biex twieġbu l-kwestjonarju, jekk jogħġobkom, idħlu fil-link t’hawn taħt.

https://www.surveymonkey.com/r/NNFQBSN 

Read Full Post »

Din hija preżentazzjoni viżiva fuq il-ħajja tagħna l-istudenti fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi.

Il-filmat se jbexxqilna tieqa fuq l-ambjent u l-ħajja ġewwa l-iskola tagħna. Dan juri biss ftit mill-attivitajiet li jsiru f’din l-iskola.

 

Read Full Post »

Fun Walk

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ nfakkrukom dwar il-Fun Walk li ser issir nhar il-Ħadd 24 ta’ April 2016.   Il-familji kollha huma mistiedna jiġu magħna għal donazzjoni ta’ €5 kull familja.   Il-flus miġbura se jingħataw lid-Dar tal-Providenza.

Tluq fid-9:00 am minn ħdejn l-iskola, nisimgħu quddiesa flimkien u nerġgħu lura għall-ħabta tal-11:00 am.   Se jingħata goodie bag għal kull biljett.

Inselli għalikom

N Saliba

Kap tal-Iskola

12513673_10153364465653321_7138836971011753553_o.jpg

Read Full Post »

12513673_10153364465653321_7138836971011753553_o

Read Full Post »

April magħruf bħala x-xahar li jagħtina l-ward. Ikun sinjal iktar ċar li r-Rebbiegħa qed tħalli lmarki tagħha u għal xi raġuni dan kollu jħalli effett pożittiv fuqna. Għaldaqstant sibna ftit punti li tajjeb li minn żmien għal żmien niftakruhom. Tajjeb li nsibu ċans naħsbu ftit fuq ir-relazzjoni tagħna mal-oħrajn jew fejn nistgħu nirranġaw biex inkunu persuni aħjar. Ħafna drabi nsibuha ħafna iktar faċli nikkoreġu lil ħaddieħor fil-mod kif iġibu ruhħom. Pero naqra evalwazzjoni fuqna nfusna żgur li ma tagħmlilnix ħażin, speċjalment meta nindunaw li m’hemmx għalfejn nagħmlu affarijiet kbar.

Niftakru Ftit Kuljum

1. Il-passat ma nistgħux nibdluh.

2. Hemm differenza bejn l-opinjoni tagħna u kif inhi r-realta’.

3. Il-vjaġġ tal-ħajja ta’ kulħadd huwa differenti.

4. Kollox jitranġa għall-aħjar biż-żmien – paċenzja!

5. Meta niġġudikaw lill-oħrajn inkunu qed nuru l-karattru veru tagħna.

6. Ħafna ħsibijiet żejda jsewdulna qalbna.

7. Il-veru ferħ hemm bżonn li nsibuh ġewwa fina.

8. Ħsibijiet pożittivi joħolqu affarijiet u avvenimenti pożittivi.

9. It-tbissim jittieħed!

10. It-tjubija ma tiswiex flus.

11. Ma jirnexxilniex biss meta naqtgħu qalbna.

12. Nagħmlu lil ħaddieħor dak li nixtiequ lil ħaddieħor jagħmlu lilna.

Naħsbu ftit…

Żgur li kontu qed taħsbu li ġejja xi lista ta’ affarijiet impenjattivi ħafna jew impossibli imma filfatt mhumhiex! Kemm insibu ftit ħin naħsbu ftit meta se nibdew u nagħmluha parti mir-rutina ta’ ħajjitna.

Kelma ta kuraġġ…

The world tells us to seek success, power and money; God tells us to seek humility, service and love.

Pope Francis

Id-dinja tgħidilna biex infittxu li jkollna suċċessi, poter u flus; Alla jgħidilna biex infittxu l-umilta’, nagħtu servizz u mħabba Papa Franġisku.

Tislijiet – Josette Attard/Elisa Vassallo

Read Full Post »

Esibizzjoni tal-Arti

Għeżież Ġenituri

Nixtiequ ninfurmawkom li bħalissa fil-foyer tal-iskola għandna esibizzjoni tal-arti. Min jixtieq jakkwista xi biċċa arti, li huma kollha xogħol magħmul mill-istudenti tagħna, tistgħu tagħtu donazzjoni ta Eur 15 jew aktar li jmorru għall-Community Chest Fund. Dawn il-flus se jkunu qed jiġu miżjuda mal-flus li diġa nġabru mill-esibizzjoni tal-arti mtella’ mill-Kulleġġ San Injazju fil-Palazz tal-President, il-Belt Valletta, f’Marzu li għadda.

Grazzi

Ms N Saliba

Read Full Post »

« Newer Posts - Older Posts »