Feeds:
Posts
Comments

Archive for March, 2016

World Water Day

Click here WWD poster to view poster.

Read Full Post »

Jum il-Mara

Illum huwa t-8 ta’ Marzu – Jum il-Mara. Aħna ser niċċelebraw dan il-jum billi niftakru f’invenzjonijiet li saru min-nisa.

L-ewwel heater tal-karozza saret minn Margaret Wilcox fl-1893.

1.png

Il-Monopoly, board game famuża ħafna ġiet ivvintata minn Elizabeth Magie fl-1904.

2

L-ewwel life raftdinghy kbir li jintuża biex tiġi salvata l-ħajja ta’ passiġġieri ta’ vapur li jkun qed jegħreq, ġie ivvintat minn Maria Beasely fl-1882.

3

L-inġiner Maria Telkes u l-perit Eleanor Raymond ħadmu flimkien biex fl-1947 bnew l-ewwel dar li kienet tissaħħan kompletament bix-xemx.

4

Letitia Geer ivvintat l-ewwel siringa li setgħet titħaddem b’id waħda, fl-1899.

5

Florence Parpart, fl-1914, ivvintat l-ewwel friġġ li taħdem bl-elettriku.

6

Ada Lavelace kienet ġenju fil-matematika. Hija meqjusa l-ewwel programmer tal-kompjuters.

7

L-ewwel dishwasher ġie vvintat minn Josephine Cochrane fl-1887.

8

Stephanie Kwolek ivvintat il-kevlar, materjal iebes li, fost ħafna affarijiet oħra, jintuża f’ilbies protettiv, bħal pereżempju fil-helmets li nilbsu aħna t-tfal biex meta naqgħu minn fuq ir-rota ma nweġgħux rasna.

9

Dawn huma ftit mill-invenzjonijiet li saru minn nisa. Hemm ħafna oħrajn. Semmejnihom illum biex nurukom li ma tagħmilx differenza jekk intix tifel jew tifla, raġel jew mara. L-importanti hu li tiżviluppa t-talenti iegħek u tħaddimhom għal ġid tiegħek u tal-komunita’ kollha.

Read Full Post »

12823465_10208441856424827_5623752026791987171_o

Read Full Post »

Bħas-snin ta’ qabel fl-iskola ser inkunu qed inbigħu l-figolli.

Iżda għall-ewwel darba l-qliegħ tal-figolli ser imur kollu għal Puttinu.

Min hu interessat li jixtri figolla, tistgħu tibagħtu l-ordni mat-tfal mhux aktar tard min-nhar it-Tlieta 8 ta’ Marzu.

Figolla żgħira bla mili                       Eur 1.50

Figolla żgħira bl-intrita                    Eur 3.00

Figolla kbira bl-intrita                      Eur 5.00

Figolla kbira bil-lewż pur                 Eur 6.00

 

Dawn kollha ser ikunu miksija biċ-ċikkulata.

Read Full Post »

BUFFET BREAKFAST

Għeżież Ġenituri

Ser norganizzaw buffet breakfast  ġewwa l-Cavalieri Hotel.

Data:          It-Tlieta 15 ta’ Marzu 2016

Ħin:            8.45am (minn ħdejn is-segretarja)

Post:           Cavalieri Hotel

Prezz:          €15

Biljetti jinbiegħu sa nhar it-Tnejn 7 ta’ Marzu  mingħand il-ġenituri tal-Kunsill Skolastiku jew mingħand is-segretarja.  Ħlas mal-booking.

Grazzi

Ġenituri Kunsill Skolastiku

Read Full Post »

Tickets can be bought from Ekoskola Members or from Ms. Sephorah.

12513673_10153364465653321_7138836971011753553_o

Read Full Post »

« Newer Posts