Feeds:
Posts
Comments

Archive for November, 2014

Naqraw ftit…

Ħafna żmien ilu, Norman Cousins qabditu marda terminali. Tawh sitt xhur ħajja u ċ-ċans li jfiq kien ta’ wieħed minn ħames mija.

Innota kif l-inkwiet, id-dipressjoni u r-rabja f’ħajtu kkontribwixxew jew b’xi mod għenu biex taqbdu din il-marda. Beda jaħseb, “Jekk il-mard jiġi kkawżat bin-negattivita’, il-pożittivita’ toħloq ħajja sana?

Iddeċieda li jagħmel esperiment fuqu nnifsu. Id-daħk kien wieħed mill-iktar attvitajiet pożittivi li kien jaf bih. Mar jikri il-films kollha tad-daħk li seta’ jsib. Kien ukoll jaqra ħafna ċajt biex jidħak. Qal lil sħabu biex iċemplulu kull darba li jkunu semgħu jew tkun ġratilhom xi ħaġa tad-daħk.

L-uġigħ li kellu kien tant qawwi li ma kienx ikun jista’ jorqod. Pero sab li jekk jagħmel għaxar minuti jidħak, l-uġigħ kien iċedi għal ftit sigħat u b’hekk kien ikun jista’ jorqod. Fieq kompletamernt mill-marda u għex għoxrin sena oħra. Dawn l-għoxrin sena għexhom b’mod attiv qisu qatt ma kien marid.

Dan il-vjaġġ ta’ fejqan hu rrakkontat fid-dettal fil-ktieb tiegħu, “Anatomy of an Illness”. Hu jgħid kif l-imħabba tal-familja, l-ħbieb u d-daħk għenuh biex ifiq.

Naħsbu ftit…

Minn dakinhar li ħareġ il-ktieb ta’ Cousins, studji xjetifiċi urew kif id-daħk għandu effett ta’ fejqan fuq il-ġisem, il-moħħ u l-emozzjonijiet! Mela, jekk tħobb tidħak qisha bħala kura ferm effettiva u agħmel użu minnha ta’ spiss. Jekk ma tħobbx tidħak, ħudha xorta il-mediċina u idħak! Hemm ħafna mezzi biex wieħed jista’ jidħak fosthom films, serje fuq it-televixin, kotba, ċajt u kumpanija ta’ ħbieb ferrieħa. Aħtaf kull opportunita’ li tigik biex tidhak u taghtix wisq kas jekk l-oħrajn jaraw l-aġir tiegħek stramb, għax ħafna drabi jispiċċaw jidħku huma wkoll!

Ħafna mard jista’ jittieħed, imma mhux daqs kemm tittieħed il-kura, li mhi xejn ħlief id-daħk.

Nidħku ftit…

Email bi żball:

Kien hemm koppja li siefru għall-vaganza. Il-mara kellha biċċa mill-vjaġġ li kienet fuq xogħol. Allura r-raġel baqa’ sejjer fid-destinazzjoni li kellhom imorru u l-mara kellha tilħqu hekk kif tispiċċa, l-għada.

Eżatt kif wasal fil-lukanda, r-raġel ddeċieda li jibgħat email qasira lil martu.

Sfortunatament meta kien qed jikteb l-indirizz tal-email ħa żball f’ittra b’konsegwenza li l-email waslet għand mara anzjana li kienet għadha kif romlot il-jum ta’ qabel!

Hekk kif din l-armla ċċekjat l-emails, baqgħet tħares lejn il-kompjuter, imbaghad qabdet twerżaq kemm tiflaħ u intelqet għal mejta fl-art!

Mal-ħoss il-familja tagħha telgħu jiġru fil-kamra tagħha u qraw l-email:

Għażiża, ghadni kif wasalt u ssetiljajt kollox. Kollox hawn lest u ppreparat għal meta ġejja inti għada.

P.S. Hawn ħafna sħana hawn isfel, dak li hu żgur!!

Tislijiet,

Josette Attard

Elisa Vassallo

Read Full Post »

Għadna kemm ippubblikajna l-Kalendarju ta’ Novembru. Biex tarawh tistgħu tidħlu fil-paġna tal-kalendarju.

Read Full Post »

« Newer Posts