- Wasalna fl-aħħar tas-sena 2013! Grazzi tal-koperazzjoni tagħkom matul is-sena. Flimkien irnexxielna mmexxu ‘l quddiem it-tagħlim tat-tfal tagħna. Ser nibagħtulkom in-Newsletter tal-Milied. Nisperaw li togħġobkom. Hija mimlija informazzjoni u xogħol tal-istudenti. Duruha u ħudu nota tal-attivitajiet mill-kalendarju li jinsab fiha.
- Nhar il-Ħamis 19 ta’ Diċembru 2013 ser jittella’ l-Kunċert tal-Milied fl-iskola. Il-ġenituri tat-tfal kollha huma mistiedna. Il-concert jibda fid-9.00am. Il-bieb jinfetaħ fid-8.50am. Ovvjament it-tfal jixtiequ li jkollhom udjenza! Għalhekk hija ħasra jekk il-ġenituri jitilqu wara li jaraw lit-tifel/tifla tagħhom. Huwa ppjanat li l-attivita’ ddum madwar sagħtejn. Ser ikollna fotografu biex jieħu ritratti professjonali u anke vidjow.
- Nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Diċembru hi l-aħħar ġurnata u jsir il-party fil-klassijiet. Ser ikun hemm varjeta`ta’ ikel bnin li għandu jogħġob lit-tfal.(sandwiches, panini, qassatat, pizza, sausage rolls, mini burgers, aranċini, timpana u cupcakes). Il-party jispiċċa f’nofsinhar. (12pm)
- Ser issir żifna tal-ġenituri għall-karnival. Min jixtieq jieħu sehem għandu jattendi għar-rehearsals li jibdew nhar il-Ħamis 9 ta’ Jannar fis-7.30am.
Nixtiqulkom Milied hieni u j’Alla l-2014 iġġib magħha ferħ u saħħa għall-familja tagħkom.
Mr P Decelis
Kap tal-iskola
Leave a comment