Feeds:
Posts
Comments

Archive for May, 2012

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Infakkrukom dwar il-laqgħa li ser issir għada fid-9 fis-sala tal-iskola fejn ser ikellmukom il-Konsulent Patrick Farrugia u d-Dental Hygienist Ms Veronica Montebello dwar is-saħħa tat-tfal in ġenerali kif ukoll dwar kif l-aħjar tieħu ħsieb snienek in partikulari.

Grazzi

Mr P Decelis

Aġent Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Nhar id-9 ta’ Mejju, fl-iskola Primarja tas-Siġġiewi l-ġenituri ġew mistiedna jidħlu fil-klassijiet ta’ uliedhom u jesperjenzaw magħhom il-ħajja skolastika. L-għalliema organizzaw lezzjonijiet li fihom ħadu sehem il-ġenituri. Waqt il-ġurnata kien organizzat logħob fil-bitħa għat-tfal kollha anke għall-iżgħar tal-Kindergarten. Fl-istess ġurnata kien hemm il-ftuħ uffiċjali tal-parti tal-grawnd li ġiet miksija dan l-aħħar. Dan sar mill-Onorevoli Clyde Puli fil-preżenza tad-Direttur Ġenerali Micheline Sciberras u l-Prinċipal tal-Kulleġġ Horace Caruana. Wara l-attività kien hemm diversi kummenti ta’ inkoraġġiment mill-ġenituri li indunaw kemm isir xogħol fl-iskola mat-tfal u kemm impenn jitlob it-tagħlim tat-tfal. Xtaqu ħafna li attivitajiet li fihom jinfetħu l-bibien tal-iskola jsiru aktar spiss bl-aktar kumment komuni jkun li issa saru jafu x’jiġri wara l-bibien tal-iskola.

This slideshow requires JavaScript.

Read Full Post »

L-iskola ser tkun miftuħa għall-Pubbliku nhar il-Ħadd 20 ta’ Mejju. Għandna bżonn l-għajnuna tagħkom. Min hu nteressat li jgħin għandu jattendi laqgħa apposta nhar l-Erbgħa 16 ta’ Mejju 2012 fis-1.15pm. Dħul minn Triq Dr N Zammit.

Għall-Open Day ser ikollna wkoll Cake Stand. Min jista’ jagħmel xi kejk għandu jibagħtu mat-tfal nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju jew iġibu l-Ħadd 20 ta’ Mejju bejn it-8.00 u t-8.30am Aktar dettalji tistgħu tisimgħuhom fuq Radju Malta nhar il-Ġimgħa 18 ta’ Mejju wara l-10.00am fil-Programm Familja Waħda. Nisperaw li narawkom il-Ħadd 20 ta’ Mejju 2012.

Grazzi

Mr P Decelis

Aġent Kap tal-Iskola

Read Full Post »

Għeżież Ġenituri

Nhar il-Ħamis 17 ta’ Mejju 2012 ser issir laqgħa apposta għalikom.

Ser ikellmukom il-Konsulent Patrick Farrugia u d-Dental Hygienist Ms Veronica Montebello dwar is-saħħa tat-tfal in ġenerali kif ukoll dwar kif l-aħjar tieħu ħsieb snienek in partikulari.

Nisperaw li tagħmlu sforz biex tattendu ħalli nkunu dejjem aktar ippreparati sabiex ngħinu lil uliedna jieħdu ħsieb saħħithom. Il-laqgħa ser issir fid-disgħa fis-sala tal-iskola.

Mr P Decelis

Aġent Kap tal-Iskola

Read Full Post »

L-uniformi tas-sajf

Minn issa tistgħu tibagħtu lit-tfal bl-uniformi tas-sajf.

Grazzi
P. Decelis

Read Full Post »

Read Full Post »

« Newer Posts - Older Posts »